Intervista ma P. Ugo Cremona OP - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont

img

Intervista ma P. Ugo Cremona OP - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont


Kellimna dwar il-hajja tieghek u dwar is-sacerdozju tieghek,  x’geghlek issir sacerdot u minbarra hekk ezorcista?

Jiena trabbejt il-Belt u minn dejjem hassejt is-sejha li nsir sacerdot. Ta’ 17-il sena dhalt novizz Dumnikan u gejt ordnat sacerdot hamsin sena ilu. Ghaddejt aktar minn tletin sena nghallem il-filosofija u t-teologija u naghti konferenzi. Difficli li tghid ghaliex ghazilt din il-kwalità ta’ hajja. Hija xi haga li thossha fik, u tkun konvint minnha minghajr ma tista’ tispjegaha. Staqsejtni kif sirt ezorcista. Din hi xi haga li wkoll zviluppat wahedha fil-hajja tieghi. Min xi ghoxrin sena ‘l hawn irrealizzajt kemm hu importanti li nitlob man-nies li kienu spiss jigu ghandi b’xi problema. Kultant kienu jigu minhabba l-mard, u xi drabi minhabba li kienu jhossu li kellhom bzonn helsien u liberazzjoni.  Hafna drabi kienu jinhelsu mix-xkiel li kien jorbothom u hekk irrealizzajt kemm hu importanti t-talb ghall-helsien.  Dan kien il-bidu ta’ kif intfajt ghall-ezorcizmu. Wara xi zmien l-Arcisqof talabni biex inkun membru fil-Kummissjoni dwar l-Okkult u s-Satanizmu u hatar lili u tlieta ohrajn bhala ezorcisti.

 

Min hu x-xitan?

Ix-xitan huwa dak l-anglu li hadha kontra Alla minhabba s-suppervja tieghu, u minhabba li ppretenda li hu daqs Alla. Dan gie mitfugh fl-abbissi tal-infern u jaghmel minn kollox biex jisraq kemm jista’ erwieh u jbeghdhom minn Alla.

 

Nafu li fost l-angli hemm gerarkija: angli, arkangli, ecc. Tezisti gerarkija fis-saltna dijabolika?

Ma nistax nghidlek jekk fost id-demonji hemmx gerarkija bhalma hemm fis-sema. Biss zgur li hemm spirti li ghandhom setgha biex jaghmlu hsara aktar minn ohrajn.

 

Fir-riti satanici, ix-xitan jigi msejjah b’77 isem. L-ismijiet tax-xjaten huma indikattivi max-xoghol partikolari taghhom?

Iva, jidher li l-isem tax-xjaten huwa indikattiv tax-xoghol li jaghmlu. Bhal kull anglu iehor l-isem taghhom juri l-missjoni taghhom. Imma rridu nikkonsidraw ukoll li mal-angli hziena fl-infern hemm ukoll l-ispirti ta’ dawk li huma kkundannati, li ahna nsejhulhom erwieh dannati. 

 

Ghaliex waqt l-ezorcizmu, l-ezorcista jista’ jistaqsi l-isem tax-xitan li jkun jahkem il-persuna? L-isem ifisser aktar minn semplici isem?

Fir-rit il-gdid tal-ezorcizmu (jigifieri fit-talb li jsir biex wiehed jew wahda jkunu lliberati minn xi spirtu hazin) ma jissemmiex li l-ezorcista jikkmanda lix-xitan biex jizvela ismu. Imma fir-rit l-antik (li ghadu jista’ jintuza) meta l-ezorcista jkun ha l-kontroll f’idejh, hemm li l-ezorcista jista’ jistaqsi l-isem tax-xitan li jkun. Mhux necessarju li l-ezorcista jkun jaf l-isem tax-xitan hlief biex dan ikollu aktar gharfien ma’ min ikun qed jissielet.

 

Barra l-isem, jista’ l-ezorcista jiddiskuti max-xitan? Ghaliex?

Huma rari l-kazijet meta l-ezorcista jkollu jiddiskuti max-xitan. Ma ninsewx li x-xitan hu giddieb, u ghalhekk mhux kulma jghid huwa veru. Anzi x-xitan bit-twegibiet tieghu jista’ jfixkel l-attenzjoni tal-ezorcista u jfixklu mit-talb. Ghalhekk ma tantx jaqbel li wiehed jidhol f’konversazzjoni max-xitan. Aktar max-xitan ikun injorat aktar hemm ic-cans li jwarrab!

 

Tista’ tispjega ftit x’nifmhu meta nghidu ezorcizmu? Dan huwa biss il-fatt li tkeccu x-xitan jew aktar minn hekk?

B’ezorcizmu nifmhu t-talba ufficjali tal-Knisja biex jitwarrab spirtu hazin li jkun hakem lill-persuna. Dan fil-fatt ikun qed juza l-fakultajiet tal-persuna u jinqeda bihom, però ma jista’ qatt jahkem ir-ruh tal-imxajtan. Il-persuna tigi lliberata minn dan l-ispirtu jew spirti li jkunu ippossedewha, biex il-persuna ssib mill-gdid lilha nnifisha, u tehles minn hafna tigrib bla bzonn.

 

Kif jigi ccelebrat ir-ritwal? Waqt l-ezorcizmu jkun hemm biss il-persuna u s-sacerdot jew ikun hemm prezenti aktar persuni?

Digà ghidt li r-rit tal-ezorcizmu,  huwa talb ghall-helsien tal-persuna meta dan ikun tassew necessarju, ghax ikun hemm kazi fejn jidher li jkun hemm bzonn l-ezorcizmu u fil-fatt ma jkunx hemm bzonnu.  Dan jista’ jigri minhabba xi mard li l-effetti tieghu jkunu jixbhu lis-sinjali ta’ htiega ta’ ezorcizmu. Meta l-ezorcista jaghmel dixxerniment u jghid li hemm bzonn ezorcizmu, generalment isejjah xi whud biex jghinuh fl-ezorcizmu. Dan billi jiehdu sehem fit-talb, kif ukoll biex jekk l-imxajtan ikun xi ftit vjolenti, izommuh halli ma jaghmilx hsara lilu nnifsu.

 

Kemm tiehu zmien biex persuna tinheles?  Kif tkun cert li l-persuna hi mehlusa?

Ma tistax tghid ezatt kemm tiehu zmien biex il-persuna tinheles. Gieli jkun hemm bzonn gimghat u anke xhur, peress li l-ezorcizmu generalment isir darba f’gimgha. Tkun taf li l-persuna hi mehlusa minhabba li ma jibqghux jidhru s-sinjali li jkun hemm qabel. Il-persuna tkun tista’ tghix fil-paci u tkun tista’ taqbad mill-gdid tghix il-hajja sagramentali minghajr tfixkil.

 

Jista’ x-xitan jerga’ jippossedi persuna li jkun hareg minnha?

It-twegiba jaghtijilna Kristu nnifsu fil-Vangelu. Iva, x-xitan jista’ jerga’ jattakka persuna li tkun inhelset. Generalment dan jigri, jekk il-persuna ma tkunx qieghda tghin lilha nnifisha bil-hajja sagramentali, u l-aktar jekk terga’ lura ghall-hajja li tkun qieghda tghix qabel, meta din tkun ghexet hajja ta’ dnub.

 

Jista’ x-xitan jattakka lilkom bhala ezorcisti waqt l-ezorcizmu jew wara li jkun hareg mill-persuna?  Jista’ jidhol fikom?

It-twegiba ghal dawn iz-zewg domandi hija “iva”,  imma Alla ma jippermettilux li jaghmel dan u jaghti l-protezzjoni tieghu lill-ezorcista. Ghalhekk huwa rakkomandat li l-ezorcista jghix hajja tajba mill-ahjar li jista’, li jitlob ta’ spiss, u qabel l-ezorcizmu jqerr u jqaddes il-quddiesa. Importanti li l-ezorcista jkollu fiducja kbira f’Alla li dan jipprotegieh,  u jwarrab minnu nnifsu kull biza’,  konvint li Alla hu dejjem rebbieh fuq il-hazen u li fuqu ma hemm hadd!