Intervista ma P. Marcello Ghirlando OFM - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont
Hemm zewg affarijiet li jhobb ix-Xitan: jew li wiehed jichad ghal kollox l-ezistenza tieghu, jew inkella, li jitqies bhala c-centru tal-istorja bhallikieku kien xi alla.
Dwar dan illum se nitkellmu ma’ Patri Marcello Ghirlando li se jaghtina dehra aktar cara dwar il-provi li ghandna tal-ezistenza tax-Xitan u x’inhu l-pjan li ghandu biex ifixkel l-ghaqda tal-bniedem m’Alla. Se naraw kif mal-milja taz-zmien il-bniedem irnexxielu jibda jaghraf dak li vera hu x-Xitan u beda jirnexxielu jidentifikah bhala dak li vera hu. Hadd ma jista’ jghid li hu qatt ma jista’ jigi ttantat mix-Xitan, anzi aktar kemm tkun twajjeb u tghix fil-Glorja ta’ Alla aktar se jipprova jaghmel minn kollox biex itellfek. Izda mhijiex xi haga li ghandna nibzghu minnha hhax jekk nibqghu sodi, nemmnu fil-pjan ta’ Alla u jkollna tarka tajba permezz tat-talb u s-sagramenti, allura ahna qatt ma nistghu nitilfu l-imhabba ta’ Alla u kontra l-hazen tax-Xitan.
Izda ejjew naraw x’qalilna Patri Ghirlando dwar dan:
Kemm ilek Ezorcist? Kien hemm xi hadd li ghamilt esperjenzi mieghu jew ghallmek?
Ilni Ezorcist mill-1995. Kif ghidtlek qabel fid-deskrizzjoni tieghi, ghamilt tliet snin nahdem darba fil-gimhha ma’ Don Gabriele Amorth. Minn dakinhar tharrigt xi ftit u bdejt naqra letteratura li ghandha x’taqsam ma’ dan il-ministeru ta’ fejqan u helsien fil-Knisja. Illum nghallem ukoll kors fl-Università taghna rigward dan is-suggett.
Ix-Xitan jezisti? Hemm provi fl-Iskrittura? Min hu x-Xitan? Ix-Xitan alla hazin?
Min hu fit-taghlim tal-Knisja jemmen fl-ezistenza tax-Xitan. Huma angli li haduha kontra Alla. Mhumiex allat hziena, imma hlejjaq li rribellaw kontra Alla u l-pjan tieghu u jaghmlu minn kollox, sakemm jippermettilhom Alla, li jharbtu l-pjan tieghu fil-bnedmin. Dan jidher car mill-Iskrittura u b’mod partikolari mill-Vangeli, mill-hidma u t-taghlim ta’ Gesù.
Jekk naghtu harsa lejn l-Iskrittura sa mill-Antik Testment naraw li minn dejjem kien jissemma x-Xitan ghalkemm f’forom differenti minhabba li il-kultura religjuza mhux minn dejjem kienet l-istess. Fil-fatt, l-ewwel awturi sagri tal-Bibbja, anke qabel l-ezilju tal-poplu fis-sitt seklu qabel Kristu, kienu jevitaw li jsemmu lix-Xitan jew lill-ispirti l-hziena. Kienu jippreferu jattribwixxu kollox lil Alla, anke l-isfortuni tal-bniedem bhalma setghet kienet il-pesta (Salm 91,6) jew id-deni (Dewterenomju 32,34), fost affarijiet ohrajn.
Certi affarijiet negattivi huma attribwiti lil Alla permezz tax-xoghol tal-anglu (Ezodu 12,23; 2 Samwel 24,16; 2 Slaten 19,35), jew sahansitra minn spirtu hazin mibghut minn Alla kif naqraw f’1 Samwel 16, 14-16.23: “L-ispirtu tal-Mulej warrab minn Sawl; u l-Mulej baghat fuqu spirtu hazin biex ihabbtu. U l-qaddejja ta’ Sawl qalulu: ‘Ara, spirtu hazin minghand Alla qieghed fuqek. Ha jghid kelma Sidna, u ahna l-qaddejja tieghek hawn quddiemek, lesti biex infittxu ragel li jaf idoqq l-arpa, u kull meta jahtfek l-ispirtu hazin ta’ Alla, jdoqqlok b’idejh, u int thossok ahjar’... u kull meta l-ispirtu ta’ Alla kienu ikun fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa, u jdoqqha b’idu, u Sawl kien jiehu r-ruh u jhossu tajjeb, u l-ispirtu hazin kien iwarrab minnu.”
Minkejja dan, fil-Bibbja nsibu hafna dettalji letterarji li jesprimu t-twemmin popolari fl-ezistenza tal-ispirti hziena u l-prattika tal-okkult u ta’ riti magici mahluqin ghall-protezzjoni minn dawn l-istess spirti hziena. Fost dawn l-ispirti kien hemm dawk imsejhin “elokim”, li kienu spirti tal-mejtin li kienu jissejhu permezz tan-nekromanzija, jigifieri t-tentattiv li wiehed johloq komunikazzjoni mal-mejtin.(1 Samwel 28,3-25 u 2 Slaten 21,6) U dan kollu minkejja li l-ligi li kienet tipprojbixxi li jsiru affarijiet bhal dawn (Dewteronomju 18,10-12 u Levitiku 19,31; 20,6-27). Mal-milja taz-zmien beda jigi accettat li hemm ix-Xitan u fil-fatt l-ewwel ktieb li jirreferi ghalih huwa l-ktieb ta’ Tobit. Dan jesprimi b’mod miftuh it-twemmin ta’ Izrael fix-Xitan.
Il-letteratura Gudajka tkompli tizviluppa d-duttrina fuq id-demonji sa ma tasal biex tipprezentahom bhala univers iehor ghalihom oppost lil Alla u l-angli tiehhu. Il-kelma “Satana” gejja mit-terminu Ebrajk “satan” li jfisser ghadu, dak li jakkuza. It-traduzzjoni Griega hija “diabolos”. (1 Slaten 24,4; 2 Slaten 19,22; Salm 109,6)
Hekk kif nibdew nanalizzaw it-Testment il-Gdid, naraw espressjoni bil-miftuh tal-oppozizzjoni bejn Alla u satana. Naraw l-involviment personali ta’ Kristu li jaffronta lil satana qabel l-inawgurazzjoni tal-ministeru pubbliku tieghu (Luqa 4,1-13) Biss mhux hekk biss, il-missjoni ta’ Kristu dehret ukoll fil-helsien mill-ispirti l-hziena f’dawk li kienu oppressi jew mahkumin minnhom.(Luqa 4,31-37). L-aktar ezempju car ta’ ezorcizmu veru proprju barra l-intenzjonijiet apologetici tal-evangelisti nsibuh fl-istorja tal-imxajtan ta’ Gerasa f’Mark 5,1-20. (Ara wkoll Luqa 8,26-39 u Mattew 8,28-34)
Dan jghid hekk:
“Waslu x-xatt l-iehor tal-bahar u gew fil-pajjiz tal-Gerasin. Kif nizel mid-dghajsa, resaq fuqu wiehed, li hareg mill-oqbra, li kien mahkum minn spirtu hazin. Dan kien jghammar fl-oqbra, u hadd ma kien jista’ jzommu marbut, lanqas b’katina, ghax bosta drabi lahqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u hadd ma kellu l-hila jzommu. Lejl u nhar kien il-hin kollu joqghod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta’ gismu biz-zrar. Kif lemah lil Gesù mill-boghod gera lejh, inxtehet fl-art quddiemu, u ghajjat b’lehen qawwi u qallu: ‘Ahna x’ghandna x’naqsmu, Gesù, Bin Alla l-Gholi? Ahlifli fuq Alla li ma tahqarnix! ’ ghax kien qallu: ‘Ohrog ja spirtu hazin minn dan il-bniedem!’. Imbaghad staqsieh: ‘X’jismek?’ ‘Legjun jisimni’, wiegbu ‘ghax ahna hafna’. U beda jitolbu bil-herqa biex ma jkeccihomx barra mill-pajjiz. Kien hemm merhla kbira ta’ qzieqez tirgha mal-genb tal-gholja, u l-ispirti talbuh hafna u qalulu: ‘Ibghatna lejn il-qzieqez ha nidhlu fihom’. U hallihom imorru. L-ispirti hziena harhu, u dahlu fil-qzieqez; u l-merhla li kienet ta’ madwar elfejn ras, inxtehtet ghal hol-bahar mill-gholi tax-xaqliba u gherqet fil-bahar. Ir-rghajja tahhhom harbu u maru jxerrdu l-ahbar mal-belt u l-irziezet, u n-nies giet tara x’gara. Gew hdejn Gesù, u lil dak li qabel kien mahkum mix-xitan u li kellu legjun go fih rawh bilqieghda u mohh f‘siktu, u baqghu miblughin bil-biza’. In-nies li raw il-grajja qalulhom x’kien ghadda minn ghala l-imxajtan u l-qzieqez. Imbaghad bdew jitolbuh hafna lil Gesù biex iwarrab minn pajjizhom. Kif kien tiela’ fuq id-dghajsa, dak li qabel kien mahkum mix-xitan beda jitolbu hafna biex ihallieh jibqa’ mieghu. Izda hu ma halliehx, u qallu:‘Mur ingabar id-dar ma’ niesek u ghidilhom kulma ghamel mieghek il-Mulej, u kif henn ghalik.’ Dak telaq u beda jxandar fid-Dekapoli kemm kien ghamel mieghu Gesù. U kulhadd staghgeb.”
Ovvjament hemm diversi provi ohrajn fl-iskrittura li biex issemmihom kollha trid ktieb shih.
Ghaliex ix-Xitan jahkem persuna?
Jista’ jkun li l-persuna tiftahlu l-bieb, kif nghidu ahna: bid-dnub, bil-partecipazzjoni fid-diversi forom tal-okkult u s-satanizmu. Bniedem jista’ jaghmel esperjenza tal-hakma tax-Xitan jekk ikun vittma tal-okkult li jahdem haddiehor, bhal fil-kazi rari tal-maghmul.
Xi kultant Alla jippermetti din it-tip ta’ tbatija f’persuna biex johrog gid akbar fiha stess u f’dawk ta’ madwarha. Sahansitra anke xi qaddisin ghaddew minn din l-esperjenza ta’ tbatija.
Fuq liema livelli jista’ jahkem persuna?
Ix-Xitan jista’ jattakka lill-bniedem fuq livell psikologiku, psikiku u fiziku. Jista’ jattakka dawk il-bnadi tal-hajja tal-bniedem li huma l-aktar gheziez ghalih: ir-relazzjoni tal-bniedem ma’ Alla, ir-relazzjonijiet familjari, ir-relazzjonijiet ta’ mhabba, ecc.
Il-fatt li s-sens ta’ Alla naqas u qeghdin nghixu f’dinja li qieghda twarrab lil Alla, jista’ jaghti lok ghal aktar kazi ta’ possessjoni?
Iva. Anke jekk ix-Xitan “jippreferi” jattakka lil dawk li qeghdin jipprovaw jghixu tajjeb bhala dixxipli ta’ Gesù. Min iwarrab direttament lil Alla diga’ qed fl-ghalqa tieghu u ma tantx jehtieg sforz biex jahdem fuqu.
Il-persuna dejjem ghandha tort meta tkun ipposseduta? Bil-fors trid tkun hi li fethet il-bieb ghax-Xitan?
Le, mhux necessarjament, kif diga’ ghidt aktar qabel. Hemm kazi fejn donnu Alla jippermetti din it-tip ta’ tabtija biex johrog hid hafna akbar. Imbaghad halli nghiduha sewwa: il-possessjoni djabolika ma tbieghed lil hadd minn Alla u l-grazzja tieghu, jekk wiehed ma jkunx fetah hu l-bibien. Li jwegga’ lil qalb ta’ Alla mhux il-possessjoni djabolika izda d-dnub: meta jiena stess niddeciedi li bi mgiebti nehodha kontra Alla jew il-bnedmin, kontra r-rieda u l-pjan tieghu ghalija.
Xi hadd qal: “Il-qerq l-aktar fin tax-Xitan hu meta jwassal lill-bniedem biex ma jemminx fl-ezistenza tieghu”. Ikkummenta.
Iva, Charles Pierre Baudelaire kiteb hekk u hekk hu fil-fatt. Min ma jaghrafx lill-ghadu tieghu ma jkunx jista’ jiddefendi ruhu mill-attakki fini tieghu. B’dan il-mod il-bniedem iwarrab l-impenn li jhares lilu nnifsu mill-attività ordinarja tax-Xitan, it-tigrib u xi kultant ukoll mill-attivita’ straordinarja tieghu u x-Xitan hekk irid. Ix-Xitan joghgbu wkoll li jkun ikkonsidrat daqs li kieku kien xi alla. Hi n-natura tieghu, is-suppervja. Lil Gesù waqt li kien qed iharrbu jasal jghidlu: “Kollox naghtik jekk tinzel tadurani.” Gesu’ johrog rebbieh billi jintrabat bis-shih mar-rieda ta’ Alla Missieru: “Itlaq xitan. Hemm miktub: Lill-Mulej Alla tieghek ghandek tadura u lilu biss taqdi.” (Mattew 4,9-10)
Hemm xi età partikolari li fiha persuna tkun aktar vulnerabbli ghall-influwenza tax-Xitan?
Ma nahsibx li hija kwistjoni ta’ età. Il-vulnerabbiltà tigi meta ma nkunux fil-grazzja ta’ Alla, meta nghixu fid-dnub, meta nkunu mwegghhin hafna mill-ohrajn u meta nkunu dghajfin fl-interjorita’ taghna.
X’inhuma l-armi li ghandna f’idejna biex niddefendu ruhna kontra satana?
L-Iskrittura hija cara: l-armi taghna huma l-imhabba; l-imhabba lejn Alla u lejn il-bnedmin; l-ubbidjenza lejn il-pjan ta’ Alla; il-prattika tal-mahfra mill-qalb; it-talb; li noqorbu lejn l-Iskrittura u s-Sagramenti, specjalment il-Qrar u l-Ewkaristija; il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fina, l-Intercessjoni tal-Madonna u tal-qaddisin...