Intervista ma P. Franco Fenech - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont

img

Intervista ma P. Franco Fenech - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont


Kellimna ftit dwarek u dwar il-hajja tieghek bhala sacerdot u kif giet il-hajra li ssir ezorcist?

Jiena mill-Marsa u llum ghandi 43 sena. L-izghar minn 4 ahwa subjien li wiehed minnhom, ta’ qabli, il-Mulej sejjahlu ghal ghandu disa’ xhur biss wara li gejt ordnat sacerdot jien, propju 14-il sena ilu, meta kellu biss 30 sena. Fil-Marsa hemm zewg parrocci li huma mmexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini u jiena trabbejt fil-Parrocca ta’ Marija Regina. Nistqarr li kont migbud hafna mill-ezempji sbieh u mix-xoghol li kienu jaghmlu l-patrijiet fil-parrocca hassejt lill-Mulej isejjahli biex ninghaqad maghhom u propju fl-1986 bdejt il-mixja tieghi ghall-hajja religjuza u sacerdotali fil-kunvent tal-Kalkara. Imbaghad ghamilt is-sena tan-Novizzjat fil-Kunvent taghna ta’ Ghajn Dwieli u wara bdejt l-istudji tieghi fl-Universita’ ta’ Malta imma komplejthom barra minn Malta geww Pesaro, l-Italja. Fit-3 ta’ Jannar 1990 ghamilt l-ewwel professjoni religjuza tieghi u f’Jannar tal-1993 ghamilt il-professjoni perpetwa. Fit-8 ta’ Lulju tal-1994 gejt ordnat sacerdot flimkien ma 10 ohra mill-ET Mons.Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus gewwa l-Katidral ta’ San Gwann il-belt.

L-ewwel hidma tieghi kienet fil-kunvent tal-Kalkara bhala vici direttur tal-postulanti, jigifieri dawk li jkunu bdew il-mixja ta’ formazzjoni ghall-hajja religjuza. Izda f’dicembru tal-istess sena, is-superjuri talbuni biex immur gewwa dar go San Martin limiti ta’ San Pawl il-Bahar li xtaqna naghmluha dar tat-talb fejn sacerdoti u religjuzi setghu jigu biex iqattghu granet ta’ rtir u mistrieh. Ghamilt hemmhekk 4 snin sakemm is-superjuri talbuni biex ninzel il-Furjana biex inkun direttur tal-istudenti taghna. F’dak iz-zmien ergajt inghatajt l-opportunita’ li naghmel kors ta’ psikologija u formazzjoni fl-Universita’ Gregorjana l-Italja. Meta gejt lura ergajt mort il-Kalkara bhala direttur tal-postulanti. Fis-sena 2004 is-superjuri talbuni biex immure naghti servizz fil-Parrocca ta’ San Gwann fejn kont niehu hsieb is-Santwarju tal-Mensija u wkoll naqdi fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin fejn diga kien hemm 2 patrijiet ohra, il-mibki P.Leopoldu Tabone u P.Victor Spiteri it-tnejn Fangiskani Kapuccini. Peres li bhalissa qieghed bhala full timer Chaplain fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, kelli nitlaq mill-Parrocca ta’ San Gwann fejn ma stajtx naghti aktar is-servizz tieghi minhabba l-hinijiet twal li jirrikjedi dan ix-xoghol u ergajt qieghed fil-kunvent tal-Kalkara.

Rigward il-ministeru bhala ezorcista nista’ nghidlek li fija qatt ma kien hemm xewqa li nsir ezorcista. Fil-fatt wiehed ma jsirx ezorcista ghax irid hu imma ghax il-Knisja titolbu biex jezercita dan il-ministeru. Nista’ nghid li kien xokk ghalija, meta ftit wara li gejt ordna Sacerdot, fl-1994, fil-pastorali tieghi, kelli nhabbat wicci ma persuni li kellhom bzonn ghajnuna minhabba li kienu missew mal-okkult jew satanizmu. Sibt ruhi diversi drabi, inressaq persuni ghand il-membri tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-okkult u s-satanizmu li ghandna Malta, liema Kummissjoni giet imwaqqfa fl-1995 b’digriet mill-Kurja tal-Arcisqof. Kien forsi dan illi wassal li propju f’Dicembru tas-sena 2001, ircevejt nota minghand P.Elija Vella Ofm Conv, President tal-Kummissjoni fejn qalli li: ‘fl-ahhar laqgha li kellna tal-Kummisjoni, hsibna li nsiehbu xi sacerdoti maghna biex jaghtuna daqqa t’id f’dan il-ministeru hekk importanti imma wkoll difficli. Ismek issemma’ u nixtieq nistaqsik x’possibilita’ hemm li tikkopera ftit maghna.’ Din l-istedina wasslitni biex niehu l-pariri mehtiega u ftit granet wara naghti risposta posittiva ghal din l-istedina.

Xi jfisser meta nitkellmu mill-azzjoni ordinarja u l-azzjoni straordinarja tax-xitan?

Ix-xitan nistghu nghidu li jahdem b’zewg modi li nsejjhulhom: azzjoni ordinarja u azzjoni straordinarja tax-xitan. X’nifhmu meta nghidu: Azzjoni Ordinarja tax-xitan?. Azzjoni ordinarja hija t-tentazzjoni biex naghmlu l-hazen li bih ix-xitan johrogna mill-pjan u mir-rieda t’Alla. Ix-xitan l-hena tieghu hi li jipprova jgibna f’dizubbidjenza lejn Alla ghax dak huwa d-dnub principali tieghu li gabu fl-istat li hu. Ghalhekk hu jipprova jkabbar is-saltna tieghu permezz ta’ persuni li bhalu johorgu mir-rieda t’Alla. Din hija xi haga li kulhadd huwa mgarrab minnha. X’nifhmu meta nghidu: ‘Azzjoni Straordinarja tax-xitan?’. Nistghu nghidu li hemm azzjoni straordinarja tax-xitan meta jkun hemm intervent tax-xitan fuq il-materja: oggetti, persuni, annimali. Meta din l-azzjoni tax-xitan tkun fuq postijiet, djar, oggetti, tissejjah ‘infestazzjoni’. Izda meta l-azzjoni tax-xitan tkun fuq il-gisem jew fil-gisem ta’ persuni, allura din tissejjah jew ‘vessazzjoni’ jew ‘ossessjoni’ jew ‘possessjoni’. Meta nigu ghall-prattika, mhux dejjem hu facli li tiddefinixxi d-differenza bejn dawn ghax mhux dejjem tkun daqshekk cara u evidenti. Huwa possibbli li fil-persuna jkollok uhud minn dawn l-azzjonijiet tax-xitan imhalltin flimkien. Meta jkunu hekk, dawn jikkawzaw tbatija u tfixkil, kultant anki gravi, fil-persuna. L-azzjoni tax-xitan fuq il-materja mhix daqshekk komuni anzi hija pjuttost rari u propju ghalhekk li din tigi msejjha ‘straordinarja’. Imma ma nistghux nichdu li din l-azzjoni qeghda tizdied fi zmienna. Dan huwa dovut ghall-fatt li hafna aktar nies illum qed jigu f’kuntatt mad-dinja tal-okkult, spiritizmu u anki satanizmu. L-azzjoni straordinarja tax-xitan fuq il-persuni hija wahda mill-konsegwenzi li laqtu l-umanita’ wara d-dnub originali. Hija wahda mill-hafna poteri li x-xitan akkwista fuq id-dinja u fuq il-bniedem wara l-ewwel dnub.

Ma jistax Alla, ghax ihobb lil bniedem jeqred lix-xitan? Ghaliex Alla jippermetti l-hidma tax-xitan?

Bhal fi zmien Gesu’ ix-xjaten illum qeghdin ikomplu il-hidma u l-attivita’ taghhom. Alla, fl-gherf u t-tjieba tieghu, jippermetti din il-hidma tax-Xitan u l-‘angli’ tieghu biex il-bniedem, permezz tat-taqbida kontra l-Hazin, jezercita ruhhu fl-ghemil it-tajjeb kif jghid San Tumas t’Aquino, u jkollu l-okkazjoni biex jippurifika ruhhu u jikber. Ghalhekk, ir-rejazzjoni taghna kontra l-azzjoni tax-Xitan, issir mezz li bih nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla u jekk nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla, aktar nobduh: ‘min ihobbni, ihares kelmti’ jghid Gesu’. B’hekk ix-xjaten, bla ma jridu, isiru, qaddejja ta’ Alla jew ahjar ilsiera tieghu: ‘huwa propju biex ikabbar il-merti taghna, jippurifika u jkabbar il-virtujiet taghna u jhaffef il-mixja taghna lejh li Alla jippermetti li ahna nigu ttentati mix-Xitan’ jghid S.Tumas t’Aquino f’kumment dwar l-ittra lil-Lhud. San Gwann Grisostmu fit-tielet ittra dwar ix-Xitan jghid: ‘jekk jistaqsukom ghaliex Alla ma qeridx lix-Xitan wara r-ribelljoni tieghu, ghidulhom: Alla halla fl-ezistenza lix-Xitan, ghaliex filwaqt li l-bniedem jishar kontra t-tentazzjoni u jitbieghed minnha, ix-Xitan stess ikun utli fil-mixja tieghu lejn Alla’. Ovvjament, mhux ghax hekk jixtieq, imma dan isir grazzi ghar-rezistena kuragguza ta’ dawk li jafu jisfruttaw il-hazen tieghu ghall-gid taghhom infushom’. Mela Alla, fl-imhabba tieghu lejna, kapaci jdawwar l-intenzjoni hazina tax-Xitan favur taghna! Alla jippermetti li kemm l-azzjoni ordinarja (tentazzjoni) u kemm l-azzjoni straordinarja tax-Xitan (infestazzjoni, possessjoni, ossessjoni jew vessazzjoni) jghinuna biex nintrabtu aktar mieghu permezz ta’ ghemejjel ta’ virtu’. ‘Alla kollox jibdel f’gid ta’ dawk li jhobbuh’ (Rm.8,28) u ‘ma jippermettx li niggarbu aktar milli nifilhu, imma, mat-tigrib jaghtina wkoll il-qawwa u l-ghajnuna biex inkunu nifilhu ghalih’ (1Kor.10,13). Ix-xjaten, ghax ghandhom rabja u mibeghda kbira lejna, juzaw l-opportunitajiet kollha biex lilna jsehbuna maghhom fir-ribelljoni kontra Alla, imma Alla juza dawn il-mument biex lilna jerfaghna lejh. Filwaqt li l-intenzjoni tax-Xitan hija li jkaxkarna mieghu go l-infern, l-intenzjoni ta’ Alla hija li jsehibna fil-glorja.

Ix-xitan jafu l-futur?

Uhud minn fostna, illum, dahlu f’uzanza hazina li jmorru ghand min jehber il-futur. Imma huwa Alla biss li jaf il-futur. Fil-fatt, Alla, mhux jipprevedi (pre-vede) il-futur, imma ghalih il-futur huwa prezenti. Il-passat, prezent u futur ghal Alla huma kollha prezent! Ghax Alla m’ghandux il-kuncett taz-zmien bhalma ghandna ahna l-bnedmin imma ‘elf sena huma ghalih bhal jum tal-bierah li ghadda’ kif jghid is-Salm. Izda x-Xitan jista’ jipprevedi, ibassar, dak li possibilment jista’ jigri fil-futur. U dan jaghmlu ghax hu jaf li kull azzjoni ghandha konsegwenza. Mela, perezempju, jekk jiena jirnexxieli ndahhal dubju f’mohh xi hadd dwar jekk martu thobbux jew le, naf li bhala konsegwenza, dan jista’ jwassal biex dik il-koppja tinfired. Mela x-Xitan jahdem illum u permezz tal-hidma tieghu, jista’ jipprevedi l-konsegwenzi ta’ dik l-azzjoni. Mela x-Xitan jista’ jbassar dak li jista’ jigri fil-futur billi jitlaq minn dak li qed jigri fil-mument prezenti. Il-futur ibassru bhala konsegwenza tal-prezent. Pero’ irridu nzommu f’mohhna li anki jekk dak li qed jigri illum jidher li ghandu effett ovvju fil-futur, jista’ minhabba xi raguni jew ohra, li ahna ma nkunux innutajna, jiehu direzzjoni differenti minn kif hsibna. Santu Wistin jikteb hekk: ‘meta l-ispirti demonijaci jhabbru l-futur, huma jaghmlu dan b’mod totalment differenti mill-Angli jew mill-Profeti ta’ Alla. Fil-fatt l-Angli jew il-Profeti qatt ma jihabbru xi haga jekk qabel ma jkunux semghuha minghand Alla u poggew lilhom infushom ghas-servizz ta’ Alla. B’hekk huma qatt ma jistghu jigu ngannati jew jingannaw lil haddiehor ghax Alla hu fidil lejn il-Kelma tieghu, iwettaq dak li jghid (ara Is.55,10-11). Ghalhekk dak li jhabbrulna l-Angli u l-Profeti jixraq li nisimghuh u nilqghuh b’konvinzjoni u certezza. Izda ix-Xitan mhux biss jigi ngannat imma jkaxkar lilna wkoll fl-ingann tieghu. Jigi ngannat, l-ewwelnett, ghax meta huwa jhabbar xi haga dwar il-futur ikun biss qed jassumi u bl-intervent ta’ Alla dak li jkun assuma hu jista’ jinbidel, ghax il-futur hu f’idejn Alla. Dan bhal meta naraw il-previzjoni tat-temp: minn dak li jidher bhalissa nistghu inbassru kif se jkun it-temp fi zmien 24 siegha ohra, imma dejjem jista’ jkun hemm varjazzjoni improvvisa li tibdel dak li f’ghajnejna kien jidher tant car!. Ezempju iehor jista’ jkun dak ta’ tabib li wara li jkun ghamel id-dijanjostika tieghu u ra l-possibilta’ cara li l-pazjent ifiq, f’daqqa wahda jarah imut quddiem ghajnejh minhabba kumplikazzjonijiet li nqalghu. Ezempju iehor jista’ jkun tal-bidwi li jipprevedi li r-raba’ tieghu se jaghtih abbundanza ta’ frott, imma li f’daqqa wahda, minhabba bidla fil-klima, jinxef kollox! . Hekk Alla, permezz tal-intervent tieghu jista’ jibdel il-konsegwenzi ta’ dak li persuna ghaddejja minnu llum.

Mela x-Xitan ma jafx il-futur, anki jekk jipprova jikkonvincina li jafu u li qieghed taht il-kontroll tieghu. Il-futur qieghed f’idejn Alla wahdu, li hu il-bidu u t-tmiem, l-alfa u l-omega. Mela ‘halli xortik f’idejn il-Mulej’ (Salm 55 v.23).

X’inhu l-ispiritizmu?

L-Ispiritizmu huwa kull tentattiv biex wiehed jikkomunika ma l-ispirti. Bl-ispiritizmu wiehed jippretendi li jsejjah l-erwieh tal-mejtin jew tal-ispirti bl-iskop li jaghmlilhom mistoqsijiet u jkollu twegiba. Huma diversi il-motivazzjonijiet li jwasslu lill-persuni biex ibabsu fil-kamp tal-ispiritizmu: il-kurzita’ biex wiehed jikkonferma jekk tezistix ‘dinja ohra’ jew le, ix-xewqa li wiehed jerga’ jidhol f’kuntatt ma’ l-erwieh li kienu hafna gheziez u mietu, ix-xewqa li wiehed ikun jaf grajjiet tal-futur marbuta mal-kamp tar-relazzjonijiet, ta’ l-istudju, tax-xoghol, tal-familja ecc. Hawn min jitlob ‘parir’ lill-ispirtu; u hawn min jidhol fil-kamp ta’ l-ispiritzmu biex jitlob protezzjoni jew biex jinqeda bihom skond ix-xewqa proprja. Il-Knisja tghallem li l-ispiritizmu hu fenomenu negattiv, li jmur kontra Alla, meta jsir permezz ta’ medium jew minghajr medium. Il-ktieb tad-Dewtoronomju jitkellem car fuq dan: ‘ min isejjah l-erwieh hu miskerrah quddiem il-Mulej..’.


Jista’ fil-verita’ xi hadd jikkomunika ma persuni (familjari jew hbieb) li mietu?

Il-Kelma t’Alla hija cara: hajja wahda ghandna u l-mewt twassal lil kulhadd – lill-erwieh – ghal stat irriversibbli. L-ebda ‘kuntatt’ ma’ l-erwieh ma hu possibbli hlief dak li jsir permezz tat-talb f’Isem Kristu, l-uniku li ghamel l-esperjenza tal-mewt u tal-qawmien ghall-hajja. L-esperjenza tghallimna li fil-kaz ta’ l-ispiritizmu, anke meta apparentament verament jinholoq kuntatt ma’ ruh jew ma’ spirtu, din hija dejjem prezenza negattiva, anke jekk il-messagg jidher li hu pozittiv! Kif diga ghedt. Fil-Kelma t’Alla hemm kundanna cara hafna ghal min isejjah l-erwieh. Il-Mulej din il-haga ma jridhiex. Ghalhekk meta xi hadd jirrikorri ghall-ispiritizmu biex isejjah lir-ruh ta’ xi hadd ghaziz ghalih li miet, il-Mulej ma jippermettix lil dik ir-ruh tajba li qeghda tgawdih biex tigi tikkomunika ma dik il-persuna ghax ‘miskerrah quddiem il-Mulej min isejjah l-erwieh’. Mela filwaqt li l-persuna tahseb li qeghda tikkomunika mal-persuna mejta, li jkun qed jigri huwa li l-ispirtu negattiv (ix-xitan) ghax jara x-xewqa tal-persuna li tikkomunika mal-mejtin, jiehu l-okkazzjoni biex jikkomunika maghha hu u jiehu post il-persuna mejta. U ghalhekk huwa mal-ispirtu negattiv li tkun qed tikkomunika u mhux mal-persuna li tixtieq. U li tikkomunika max-xitan hija perikoluza hafna u jista’ jkollha konsegwenzi fit-tul.


Il-Ouija board hija komuni hafna fost iz-zghazagh. Hija loghba?

Il-ouija board hija wkoll tentattiv biex wiehed jikkomunika mal-ispirti jew ma persuni mejtin. Anke jekk hafna qeghdin jipprezentawha bhala loghba imma fil-fatt mhi loghoba xejn. Hija prattika perikoluza ghax fil-fatt tista’ ggibek f’kuntatt dirett max-xitan li l-ewwel jipprezenta ruhu bhala ‘habib’ imma mbaghad ir-relazzjoni tizviluppa ghal wahda ta’ hakkiem. Fil-fatt, hafna zghazagh jigu biex nitolbu maghhom wara li jkunu prattikaw il-ouija board ghaliex huma stess jiddeskrivu lilhom infushom bhala skjavi ta’ xi hadd, neqsin mil-liberta’ taghhom u mill-kapacita’ li jizviluppaw il-personalita’ taghhom. Dik li qabel dehret ghalihom bhala avventura, issa tinbidel fi skjavitu’ u terrur.

Hemm xi perikli marbutin ma din il-prattika?

Hemm diversi perikli marbutin mal-prattika tal-oiuja board. Hemm il-periklu li ssir ‘addict’ ghaliha b’detriment ghall-izvilupp normali tal-persuna. Persuna li tipprattika l-ouija board tispicca mahkuma minn xewqa gewwinija qawwija biex tikkonsulta mal-ispirtu f’kull decizjoni li hemm bzonn li tiehu, f’kull cirkustanza li ssib ruhha fiha. Hekk issir ‘addict’ ghaliha u bil-mod il-mod il-ouija board issir parti vitali minn hajjitha ghaliex il-persuna tkun qeghda tpoggi hajjitha, il-futur, il-hajja relazzjonali, l-istudju, il-fiducja taghha fir-risposti li tikseb minn din il-prattika minghajr ma tinduna li qed tigi misruqa mill-aqwa tezor li ghandha bhala persuna: il-liberta’ li Alla zejjinna biha. U l-bniedem minghajr il-liberta’ huwa mnezzgha minn kollox. Fil-fatt il-bniedem minghajr liberta’ lanqas hu kapaci jhobb. Biex thobb trid tkun liberu. Dawk li huma mizzewgin jafu li s-sacerdot meta resqu fuq l-altar dak in-nhar tat-tieg taghhom, staqsihom domanda: ‘intom gejtu hawn minn rajkom? Ghax ridtu? Minghajr hadd ma geghlkom?’. U huma wegbuh ‘iva’. Ghax fil-fatt kieku dak li jkunu qed jaghmlu ma kienx hiereg mid-decizjoni libera taghhom ma kien ikun jiswa’ xejn. M’hemmx imhabba fejn m’hemmx liberta’. Ghalhekk l-appell tieghi biex toqoghdu attenti u araw il-konsegwenzi qabel ma tmissu affarijiet bhal dawn. Qabel u mhux wara ghax imbaghad jista’ jkun tard wisq. Alla lil bniedem halqu sabih u rridu napprezzaw is-sbuhija taghna billi nfittxu li nuzaw u nizviluppaw l-intelligenza taghna u mhux inhallu lil haddiehor jahkimna u jimmanipulana hu.