Intervista P. Elias Vella OFM Conv - Melvin Farrugia - Gurnalist ta' L-Orizzont
Kull bidu fih it-tmiem u llum se nwasslilkom l-ahhar fost is-sensiela ta’ intervisti mas-sitt ezorcisti Maltin. Meta bdejt inwasslilkom din is-sensiela jien ghidtilkom li se nippubblika hamsa. Dan minhabba l-fatt li Patri Elija Vella jkun impenjat hafna u spiss ikun anke msiefer. Allura ma tantx stajna nsibu hin li niltaqghu mieghu u nistaqsuh id-domandi taghna.
Minkejja dan, hekk kif bdejt nippubblika dawn l-inervisti ircevejt imejl minghand Patri Elija u qalli li kellu ftit tac-cans ghalija. Tistghu timmaginaw, ghalija kienet qisha c-cirasa fuq il-kejk ghax kien ghad fadalli hafna x’nistaqsi u hekk kelli cans iehor li nkompli nwasslilkom aktar taghrif. Iddecidejt li nitkellem ma’ Patri Elija dwar l-Ezorcizmu u l-ezorcisti partikolarment f’Malta u dwar ix-xoghol li jisvolgu huma bhala membri tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu:
Kemm ilek ezorcista?
Madwar 15-il sena.
Kif issir ezorcista?
L-ordinazzjoni sacerdotali tinkludi l-ministeru tal-ezorcizmu. Din is-setgha tinghata lil kull sacerdot meta jigi ordnat. Madankollu, l-Knisja thalli l-ezercizzju ta’ dan il-ministeru f’idejn sacerdoti maghzulin apposta mill-isqof tal-post. Dan, il-Knisja taghmlu biex min-naha ‘l wahda tipprotegi lis-sacerdot li ma jkunx addattat ghal dan il-ministeru u wkoll biex isserrah mohhha li jkun qieghed jigi ezercitat kif suppost.
Ghaldaqstant, hu l-Isqof li fil-prudenza u l-gherf tieghu li jaghzel sacerdoti addattati biex ikunu ezorcisti fid-djocesi tieghu.
Trid titghallem xi haga partikolari fit-Teologija?
Ma tistax tkun ezorcista jekk ma jkollokx bazi soda tat-Teologija dwar ix-Xitan u l-attività tieghu. Però, sfortunatament, sew fil-Korsijiet moghtijin mill-Fakultà tat-Teologija tal-Università kif ukoll fis-seminarji taghna, jinghata ftit wisq taghrif dwar dan is-suggett. Hija haga tad-dahk: is-sacerdot hu maghzul biex jiggieled lix-xitan; meta jqaddes jitwaddab fil-kamp tal-battalja u dan ma jkun jaf kwazi xejn la dwar l-ghadu u inqas u inqas dwar it-tattika tieghu.
Dawn l-ahhar snin fil-Fakultà tat-Teologija beda jigi organizzat credit dwar is-suggett. Imma dan ghadu ftit wisq.
Kemm is-sacerdoti taghna – u dawk il-lajci li jattendu l-kors tat-Teologija – johorgu fformati u informati tajjeb dwar l-Okkult, l-ispiritizmu, is-satanizmu, in-New Age u l-bqija?
Qieghed nesagera? Mank!
X’tip ta’ preparazzjoni tircievi?
Meta jien u shabi gejna maghzulin bhala ezorcisti, ma sibna mkien fejn stajna nippreparaw rwiehna ghal dan il-ministeru, la hawn Malta u lanqas barra minn Malta.
Din mhix problema taghna biss, imma hija ta’ kull ezorcista.
Anzi llum, minn ftit snin ‘l hawn, beda jigi organizzat kors f’Ruma dwar il-formazzjoni tal-ezorcisti. Imma ahna kellna naqdfu wahedna, nistudjaw u naqraw u fuq kollox nattendu kungressi dwar dan is-suggett.
Naturalment, l-esperjenza ta’ dawn is-snin u l-qsim ta’ esperjenzi bejnietna, ghallmitna hafna.
Min-naha tieghi, il-hafna vjaggi li naghmel, il-konferenzi li naghti u s-sehem tieghi f’hafna ezorcizmi hawn Malta u barra minn Malta, ghallmuni qatiegh.
Kull sacerdot jista’ jiccelebra l-ezorcizmu?
Certament kull sacerdot jista’ u ghandu, jghin persuni ddisturbati mix-Xitan permezz ta’ talb ta’ Liberazzjoni, imma t-talba ufficjali u liturgika tal-ezorcizmu jista’ jghidha biss l-ezorcista bhala l-ufficjal maghzul tal-Knisja ghal dan il-ministeru.
Kemm hi reali din il-problema f’Malta?
Jekk qieghed tirreferi ghall-possessjoni vera, allura nghidlek li relattivament il-kazi huma wahdiet. Cert ahna l-ezorcisti kwazi dejjem u f’kull perjodu tas-sena nkunu mhabbtin b’xi kazi serji hafna, imma dawn a paragun tal-maggoranza, jibqghu dejjem wahdiet.
Jekk nirreferu ghas-satanizmu, ghalkemm wiehed lanqas hawn m’ghandu jghaggibha, però lanqas irridu nahbu rasna fir-ramel kif jaghmel l-ostrich. Is-satanizmu f’Malta jezisti – u ilu – u hawn diversi gruppi li perjodikament jiltaqghu biex jaghmlu l-quddiesa s-sewda u riti ohrajn satanici.
Jekk imbaghad qeghdin nirreferu ghall-okkult u l-ispiritizmu, allura l-problema hija wisq izjed gravi milli wiehed jahseb. Hawn Malta ghandna madwar 35 li huma shahar u spiritisti, li jircievu l-klijenti u jisolhuhom kemm jistghu, filwaqt li japprofittaw mill-injoranza taghhom.
Hi problema li ma nistghux ma naghtux kasha.
U l-Knisja x’inhi taghmel?
Meta ghaddast rasi snin ilu f’dan it-tip ta’ pastorali, sibt bosta li qatghuli qalbi u ssuggerewli nieqaf. Sahansitra ufficjali tal-Kurja kienu dubjuzi u xettici dwar din il-pastorali. Illum nista’ nghid li l-parti l-kbira tal-kleru kif ukoll l-awtoritajiet tal-Knisja Maltija fehmu li din hi problema reali li tinhtieg pastorali addattata.
Mhux biss, illum ma nsibux oppozizzjoni mill-awtorijiet, imma ghall-kuntrarju insibu appogg shih.
Madankollu, ghadni konvint li l-Kleru Malti u Ghawdxi ghadu sajjem minn dak li hawn fostna u izjed u izjed ghadu jitfixkel quddiem persuni li jehtiegu l-ghajnuna f’dan il-kamp.
Il-Knisja kienet gharfa bizzejjed meta waqqfet Kummissjoni Djocesana biex tiehu hsieb il-problematika tal-Okkult, Satanizmu u Spiritizmu.
X’inhu x-xoghol tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu li inti l-president taghha?
Il-hidma ta’ din il-Kummissjoni hija vasta hafna. Il-membri li jifformawha huma kollha ezorcisti, madankollu wiehed m’ghandux jimmagina li ahna naghmlu biss ezorcizmi. Niltaqghu darba fix-xahar regolarment biex mhux biss niddiskutu bejnietna l-kazi li jkollna, imma wkoll biex noholqu formazzjoni u informazzjoni dwar l-okkult, is-satanizmu u l-ispiritizmu. Hidma kontinwa li nwettqu fl-iskejjel u fuq il-midja. Fuq kollox nistudjaw kontinwament dwar is-suggett u nitghallmu minn xulxin.
Hloqna wkoll gruppi li jghinuna fil-hidma taghna.
Kummissjoni ta’ din l-ghamla hija pjuttost originali. F’nazzjonijiet ohrajn normalment l-ezorcista jahdem wahdu.
Mhijiex l-ewwel darba li gejt mistoqsi minn isqfijiet ta’ nazzjonijiet ohrajn kif tahdem din il-kummissjoni u x’inhu r-rwol tal-ezorcista, li mhux biss dak li jkecci x-xjaten imma fuq kollox dak li jifforma u jinforma l-Kleru u l-lajci dwar il-hidma u t-tattika tax-Xitan.
Gejt mistoqsi u tkellimt fost l-ohrajn dan l-ahhar dwar dan mal-Isqof ta’ Caltanissetta (Sqallija), mal-Arcisqof ta’ Singapore u mal-Kardinal Brown ta’ Boston (Amerika) li lkoll urew interess kbir fil-mod ta’ kif nahdmu hawn Malta.
Min jifforma parti minn din il-Kummissjoni?
- Elija Vella o.f.m.conv – President
- Marcello Ghirlando o.f.m. – Segretarju
- Joe Borg s.j.
- Ugo Cremona o.p.
- Franco Fenech o.f.m.cap.
- John Vella o.f.m.cap.
Jista’ jkun li persuni li jghidu li ghandhom ix-xitan, ikollhom biss problemi psikologici?
Meta tmur ghand tabib, int tghidlu x’qieghed thoss, imma mbaghad ikun hu li jghidlek x’ghandek. Hekk ukoll meta tmur ghand ezorcista: hu irid jiddixxerni intix iddisturbat mix-Xitan jew le. Bosta jipprovaw jikkonvincu lill-ezorcista li dak li jhossu hu kkawzat mix-Xitan. Fil-parti l-kbira tal-kazi dawn ikunu kollha kazi psikologici jew psikjatrici. Li kieku dawk kollha li jahsbu li ghandhom xitan go fihom, ikun hekk tassew, kieku nahseb li l-Infern huwa vojt, ghax ix-xjaten ikunu kollha “on duty”!
Nahseb li l-izjed haga difficli hi li taghmel dixxerniment biex tara jekk dak li qed jigri hux gej minn xi kundizzjoni psikologika jew hijiex xi haga ta’ natura spiritwali. X’inhuma s-sintomi li turi persuna posseduta mix-Xitan?
Ezattament: mhijiex haga facli li tiddistingwi problema psikologika minn dik spiritwali; ladarba s-sintomi sikwit ikunu l-istess. Huwa zball madankollu li wiehed jitlaq mill-presuppost li kull kaz huwa psikologiku jew psikjatriku. Jirrizulta fil-fatt tant drabi li wara li persuna tkun ilha tattendi sessjonijiet psikologici u tibla’ psikofarmaci, minghajr rizultat vizibbli, wara li jsir talb ta’ Li- berazzjoni jew Ezorcizmu fuqha, din titjieb u tfiq. Naturalment, kull kaz irid jittiehed ghalih. Hawn wiehed irid jghid li l-kollaborazzjoni bejn ix-xjenzjati u l-ezorcisti hija essenzjali.
Bosta drabi sintomu wiehed – bhal nghidu ahna forza barranija; jew konoxxenza ta’ dak li jkun mohbi; inkella stmerrija lejn oggetti sagri, jew kliem b’lingwi barranin li l-persuna qatt ma tkun tghallmet… – ma jkunx bizzejjed biex wiehed jasal ghall-konkluzjoni certa li l-persuna hija posseduta. Imma diversi sintomi maghqudin flimkien, jistghu jwasslu ghal certa probabbiltà. Naturalment, l-ezorcista mbaghad irid jiddixxerni kull darba kaz b’kaz. Haga hija certa: li l-esperjenza taghna l-ezorccisti rat bosta persuni mfejqin u kompletament liberi wara t-talb, haga li ma kenitx kapaci taghmel ix-xjenza.
Hemm xi persuni professjonali li jghinukom tiddixxernu l-kaz? Tipprovdu ghajnuna psikologika ghal persuni li jkollhom bzonnha?
Digà ghedt – u nirrepetih bil-qawwa – li l-ghajnuna tal-psikologija u psikjatrija huma essenzjali fil-ministeru taghna. Ghandna grupp ta’ psikjatri u psikologi li jghinuna bil-pariri taghhom, u sikwit huma jibaghtu l-kazi ghandna u ahna nibaghtuhom ghandhom.
Meta nigu biex nissuggerixxu ghand min imorru, noqoghdu hafna attenti li nissuggerixxu xjenzjati li jemmnu li fil-persuna m’hemmx biss l-aspett psikologiku u psikjatriku imma wkoll l-element spiritwali. B’hekk inkunu qeghdin inharsu lejn il-persuna minn aspett holistiku, haga essenzjali jekk irridu tassew fejqan shih fil-persuna.