Zewg Kurrenti Ta' Satanizmu
Fr Franco Fenech
Is-Satanizmu nistghu naqsmuh f’zewg kurrenti. Hemm kurrent li nistghu insejhulu ‘Personalista’, jista’ jissejjah ukoll ‘Okkultista’. U hemm kurrent iehor li jissejjah ‘Impersonali’ jew ‘Atejista’ jew ‘Razzjonalista’.
Dawk li jaghmlu parti mis-satanizmu Personalista jemmnu li Satana huwa esseri personali, jigifieri li ghalkemm m’ghandux gisem bhalna l-bnedmin imma huwa persuna, xi hadd li jixbah lill-bniedem. Dawk li jsegwu dan il-fil sataniku, isejhulu, jitolbuh, jadurawh u jonorawh daqslikieku kien alla; jikkonsagraw ruhhom lilu, jitolbuh is-setgha u l-hakma fuq l-ohrajn u jitolbuh li jaqta’ kull xewqa taghhom. Ix-xitan zgur li mhux se jwiegeb ghal dawn ix-xewqat kollha imma xi whud minnhom jaghtihomlok biex b’hekk huma jibqghu jipperseveraw f’dak li qed jaghmlu u allura jibqghu dipendenti minnu bit-tama li jakkwistaw izjed.
Izda dawk li jaghmlu parti mis-satanizmu Impersonali ma jemmnux fl-ezistenza ta’ Satana bhala xi hadd, bhala persuna, imma jemmnu li tezisti ‘qawwa’ jew ‘energija’, mohbija fihom stess jew fil-kosmo, li tista’ tigi sviluppata u mpoggija ghas-servizz taghhom, billi jghixu hajja perversa u jassocjaw ruhhom f’riti infami. Ix-xitan, ghalhekk, mhuwiex hlief simbolu ta’ din l-energija li tinsab fil-bniedem u li tigi espressa permezz ta’ riti brutali li huma tahlita ta’ sess u profanazzjoni ta’ dak kollu li hu sagru, ribeljoni kontra l-Vangelu, il-Knisja u l-Liturgija. Biex jisvogaw din l-energija okkulta, dawn jaslu wkoll ghall-azzjonijiet sagrilegi kontra l-Ewkaristija. Dan isir ghaliex huma jqisu li r-religjon hija l-ewwel ghadu ta’ din l-energija ghax ma thallihiex tizvoga u tohrog mill-bniedem.
Hawnhekk naraw in-natura perversa tas-satanizmu li jeqleb il-valuri kompletament, u jipproponi dak li huwa oggettivament hazin bhala tajjeb. Il-hazen mhuwiex meqjus izjed bhala hazin imma hu meqjus bhala helsien, liberazzjoni. Huwa biss meta taghmel dak li trid li tista’ tasal ghar-rejalizzazzjoni tieghek innifsek. Hija l-ezaltazzjoni assoluta tieghek innifsek, il-bniedem li jaghmel lilu nnifsu alla (ara Gen.3,5). Fil-fatt dawn jaslu biex jaghmlu affermazzjonijiet bhal: ‘ix-xitan huwa jien’, ‘alla huwa jien’, ‘kull bniedem huwa Satana ghax alla (Satana) huwa ahna’. ‘Ahna ma nemmnux f’Alla ghax ahna alla, ahna ma nemmnux f’Satana ghax ahna Satana’. Allura dak li wiehed jiddeciedi li jrid jaghmel, ghandu jaghmlu! Jekk trid tkun vjolenti, kun vjolenti! Jekk trid twegga’ lil haddiehor biex timxi ‘l quddiem int, ghandek dritt li taghmel! Ghax l-unika regola etika hija li inti tobdi l-istinti tieghek. Fil-fatt ic-cavetta tas-satanizmu modern hija: ‘Ghamel dak li trid’.
Hawnhekk ninsabu quddiem realta’ fejn mhux izjed ir-raguni tahkem fuq l-istinti imma huma l-istinti li jiddominaw ir-raguni. Huwa propju ghalhekk li ghas-satanisti is-seba’ dnubiet kapitali huma bhal virtujiet. Huwa ghalhekk li s-satanizmu jwassal ghall-omicidji jew sahansitra ghal suwicidji ritwali.
Dawk li jaghmlu parti mill-kurrent ta’ satanizmu mpersonali jghixu f’certa ambigwita’. Huma jghidu li ma jemmnux f’Alla, ma jemmnux f’Gesu’ Kristu, fil-Knisja, fis-Sagramenti u l-qawwa taghhom li ssalva, u fil-fatt lanqas jemmnu fl-ezistenza rejali ta’ Satana; imma fl-istess hin, huma jduru lejn Alla biex joffenduh, iduru lejn Gesu’ Kristu biex joffenduh u jduru lejn Satana biex isejhulu, jonorawh u jikkonsagraw lilhom infushom lilu!! Fost dawk li jhaddnu is-satanizmu mpersonali nsibu ‘Il-Knisja ta’ Satana’ li giet imwaqqfa fit-30 t’April tal-1966 go San Francisco minn Anton Szander La Vey u li hija rikonoxxuta sahansitra legalment go l-Amerika. F’din il-‘knisja’ isir rit partikolari tal-quddiesa sewda li fiha jsejjhu lil Satana bhala alla permezz ta’ litanija ta’ 77 isem tax-xitan. Forsi tistaqsi: kif jista’ jkun li xi hadd li jghid li ma jemminx fl-ezistenza t’Alla, u lanqas f’dik ta’ Satana, li ma jemminx fil-Knisja bhala istituzzjoni Divina, u lanqas fl-Ewkaristija, imbaghad jibbaza hajtu fuq dak li ‘ma jezistix’? Din hija kontradizzjoni li La Vey jipprova jsolvi billi jwaqqaf dak li hu jsejjahlu ‘ir-rit tal-liberazzjoni’. Huwa jghid li dan it-tip ta’ kult sataniku jehles lill-persuna mill-jasar li bih jassritna l-Knisja minhabba l-indottrinament taghha. Rene’ Laurentin , fil-ktieb tieghu Il demonio. Mito o realta’? jikteb hekk: ‘dawn ir-riti sagrilegi u bla sens, jistghu jigu spjegati fuq livell psikologiku bhala forma ta’ helsien? Minn naha nistghu nghidu li hija hekk, imma l-hajja perversa hija influwenzata mix-xitan u ggib il-firma tax-xitan. Min jeqleb l-Imhabba f’mibeghda u min jeqred fih innifsu ix-xbieha t’Alla, jipprova jikkalpesta x-xbieha t’Alla fl-ohrajn billi jbaxxi lill-ohrajn, ikun qed jaghmilhom ‘ulied ix-xitan’ permezz tad-dnub, kif jghid il-Vangelu (Gw.8;38 u 41).
Iz-zewg kurrenti ta’ satanizmu ghandhom elementi komuni fejn jidhlu r-riti, is-simbologija u l-oggetti li jintuzaw ghar-riti: bhas-salib bil-maqlub li jesprimi ic-cahda tal-valuri universali li ghandha bzonn l-umanita’: il-paci, il-fratellanza, it-tama u l-waqgha ta’ kull hajt li jifred il-bnedmin. L-oggetti l-ohra, bhal kalci, tizjin, ilbies ecc.. huma l-istess. Ix-xemghat huma suwed, l-Ostja kkonsagrata tigi uzata f’orgji sesswali. L-andament tal-quddiesa sewda huwa, bejn wiehed u iehor, l-istess rit tal-Knisja Kattolika. Ovvjament dak kollu li fil-quddiesa tal-Knisja Kattolika huwa ndirizzat lejn Alla, jigi ndirizzat lix-xitan. Xebba gharwiena, possibilment vergni (li tirraprezenta il-gisem li jrid jigi sodisfatt fl-impulsi u l-istinti kollha tieghu), tigi uzata bhala artal. Fuq il-guf taghha jigu mpoggija l-Ostji kkonsagrati, li mbaghad jigu profanati b’mod mill-aktar oxxen u sagrilegu.
Hawnhekk ta min naghmlu appell serju lill-awtoritajiet tal-Knisja anki f’Malta, kappillani, sacerdoti u lajci li huma ministri straordinarji tal-Ewkaristija biex naghmlu attenzjoni kbira waqt it-tqarbin minhabba s-serq tal-Ostji kkonsagrati mill-knejjes taghna. Jekk ahna tant inharsu u nipprotegu u naghmlu attenzjoni ghall-dak kollu li hu prezzjuz fil-knejjes taghna (u hekk ghandu jkun!) kemm aktar ghandna nghozzu, inharsu u nipprotegu l-Ewkaristija Mqaddsa li hija l-istess Gisem u Demm tal-Mulej taghna Gesu’ biex ma tigix f’idejn persuni li jikkalpestawha waqt riti sagrilegi.