Xi Tfisser 'Possessjoni Djabolika'?
Fr Franco Fenech
Meta nghidu li persuna hija pposseduta mix-xitan, inkunu qed nghidu li x-xitan ha pussess tal-gisem ta’ dik il-persuna. Ix-xitan jikkonsidra l-gisem ta’ dik il-persuna bhala propjeta’ tieghu u li ghalhekk jista’ juzah kif joghgob lilu. Hawnhekk tajjeb li nghidu li l-prezenza tax-xitan fil-gisem ta’ persuna ma nistghux inqabbluha mal-prezenza tar-ruh fil-gisem taghna. Ir-ruh mhix qeghda fil-gisem bhal meta tpoggi xi haga go kamra, imma r-ruh hija l-istess ghajn tal-hajja tal-gisem. U ghalhekk il-gisem minghajr ir-ruh huwa bla hajja: ‘Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab tal-art u nefahlu fi mnifsejh nifs il-hajja, u l-bniedem sar hlejqa hajja’ (Gen.1,7). Izda x-xitan meta jippossedi l-gisem uman, huwa jidhol fil-gisem u jiehu kontroll tal-gisem, jaghmlu strument f’idejh billi jezercita l-poter tieghu fuqu bla ma l-vittma tkun tista’ tirrezistih.
Ir-ruh tista’ tkun posseduta mix-xitan? Jiddependi x’nifhmu b’possessjoni. Jekk ahna bil-kelma ‘possessjoni’ nifhmu ‘li d-demonju jigi jghix fir-ruh’ allura r-risposta hija: LE. Imma jekk b’possessjoni tar-ruh nifhmu il-‘jasar estern tar-ruh’ (skjavitu’ morali) li jigri permezz tad-dnub u permezz tal-kunsens tal-bniedem ghal dak li jmur, b’mod gravi, kontra l-imhabba t’Alla u tal-proxxmu, allura ir-risposta hija: IVA. Ahna dan l-istat insibuh bhala ‘dnub mejjet’. Ix-xitan ma jista’ qatt jippossedi ir-ruh kif jippossedi l-gisem. Hija biss it-Trinita’ qaddisa li tista’ tghix fir-ruh tal-bniedem permezz tal-grazzja.
Id-dnub mejjet ma jwassalx biex ix-xitan jokkupa lir-ruh tal-bniedem imma johloq ‘dipendenza morali’ tal-bniedem mix-xitan. Il-bniedem ma jibqax jibbaza hajtu fuq dak li jrid Alla minnu imma jibda’ jghix dak li jrid minnu ix-xitan minhabba li jkun imjassar minnu. Din id-dipendenza tista’ ssir qawwija hafna permezz tal-gravita’, in-numru u n-natura tad-dnub kommess u hija hafna izjed perikoluza mill-possessjoni tal-gisem, ghaliex tista’ twassal ghat-telfien ta’ dejjem. Dan ghaliex meta ahna naccettaw u nikkommettu d-dnub mejjet, nitilfu il-grazzja u ninfirdu minn Alla. U meta nitilfu l-grazzja, insiru aktar suggetti u dghajfin quddiem id-dnub. Insiru aktar dghajfin quddiem it-tajjeb li rridu nghixu u naghmlu. Ix-xitan jaghmel hiltu kollha biex iwaqqaghna b’mod ripetut f’dawn id-dnubiet ghax jaf li aktar ma jaghfasna ‘l isfel, aktar se jaghmilielna difficli li nergghu noghlew ‘il fuq lejn Alla. Permezz tad-dnubiet ripetuti li ahna nwettqu, ix-xitan izid u jsahhah il-‘ktajjen’ tieghu madwar ir-ruh taghna u b’hekk jaghmilna dejjem aktar tieghu. Dan ix-xoghol, ix-xitan, ma jaghmlux wahdu, imma permezz ta’ zewg alleati qawwija, li hu juza bhal zewg armi qerrieda: in-natura umana bil-gibda hazina taghha u d-dinja (fis-sens morali) cioe’ l-influwenza hazina li tigi minn persuni li jghixu u jxerrdu l-hazen.
Mela ir-ruh ta’ min huwa abitwalment fid-dnub il-mejjet hija skjava tax-xitan. Imma x-xitan ma jipprosedix il-maggoranza ta’ dawk li huma fid-dnub il-mejjet fil-gisem. Huma biss xi whud li ghandhom kemm ruhhom imjassra u kemm il-gisem taghhom posseduti mix-xitan kontemporanjament. Ohrajn ghandhom il-gisem taghhom biss possedut mix-xitan filwaqt li r-ruh taghhom hija abitata minn Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu ghax huma fil-grazzja t’Alla. U min imut bir-ruh tieghu abitata mit-Trinita’ qaddisa, anke jekk gismu jkun mahkum mix-xitan, isalva. Bhalma marda ma tikkundizzjonax is-salvazzjoni tal-persuni, hekk ukoll il-possessjoni tal-gisem ma twaqqafx lil persuna milli thobb lil Alla.