Xhieda ta' Ex Satanista
Fr Franco Fenech

img

Xhieda ta' Ex Satanista
Fr Franco Fenech

Id-diffikultajiet li jiltaqa’ maghhom min irid johrog mill-prattika tal-kult sataniku huma kbar, izjed u izjed jekk il-persuna tkun dahlet ‘il gewwa sew. Minn naha zgur li l-persuna se ssib tfixkil minn ‘shabha’ l-ohra li jkunu jridu jivvendikaw ruhhom minnha minhabba d-decizjoni li tkun hadet. Dan jaghmluh kemm permezz ta’ riti satanici, li jinkludu l-maghmul kontra hajtu, sahhtu, xogholu, l-familja tieghu u l-propjeta’ tieghu u kemm permezz ta’ theddid li jsirlu jekk hu ma jaghtix widen ghall-istedina biex jerga’ lura fi hdan il-grupp sataniku li kien fih qabel. Minn naha l-ohra, ix-xitan zgur li jirrejagixxi ghad-decizzjoni ta’ min irid johrog mill-prattika satanika sepecjalment jekk il-persuna tkun intrabbtet mieghu b’patt bid-demm taghha. F’dawn l-okkazzjonijiet ix-xitan jimmaltratta l-persuna permezz tal-vessazzjoni fizika u permezz ta’ tfixkil iehor li bihom jaqta’ qalb il-persuna.

L-istorja ta’ Mark (isem fittizju):

Guvni ta’ 20 sena li kien ilu zmien jippartecipa fir-riti satanici fi hdan setta li kien jisimha ‘Is-serp l-iswed’, iddecieda li johrog minn din il-prattika u talab ghajnuna lil sacerdot ezorcista. Qatt ma kien esperjenza xejn straordinarju f’hajtu imma fil-mument meta ddecieda li jrid johrog mis-setta beda jgarrab fenomeni straordinarji: ugieh, rabja kbira, mibeghda, nuqqas ta’ kontroll fuq l-emozzjonijiet tieghu, sahha straordinarja, vucijiet u ohrajn.

“Kien ilni f’dik is-setta ghal kwazi 6 snin. Kont bdejt b’kurzita’ imma bqajt fiha u wasalt biex ghamilt anki patt max-xitan bid-demm tieghi stess. Niftakar kienu offrewli bicca rhama li fuqha kien hemm l-istilla satanika u gaghluni naqta’ ftit il-polz bil-mus u nistampa d-demm tieghi fuq l-irhama fejn diga kien hemm diversi marki ta’ demm ta’ shabi. Dak in-nhar saret festa kbira ghax jien issa kont meqjus bhala membru shih fis-setta. Meta hrigt minn dik is-setta, bzajt hafna ghaliex zewg zghazagh ohra li kienu hargu ftit qabli, mietu f’incident tat-traffiku. Konna tlettax-il membru fis-setta u konna naduraw lix-xitan daqslikieku kien Alla. Konna nissagrifikawlu qtates, tjur u sriep u d-demm taghhom inhalltuh flimkien mall-ghadam tal-mejtin. Konna nistupraw tfajliet vergni li kienu jinghataw lilna minn wahda mara ghall-flus. Konna ninqdew ukoll b’Ostji kkonsagrati, misruqa mill-knejjes waqt it-tqarbin. Gieli qabbadna xi abbati jgibhomlna u gieli bghatna persuni li jabbuzaw mid-droga biex jitqarbnu u jgibulna l-Ostja; u dan jaghmluh biex naghtuhom il-flus ghad-droga. L-aktar mument tal-biza fl-esperjenza tieghi f’dik is-setta kien meta, darba wahda waqt li konna qed naghmlu rit partikolari, poggejna tfajla go tebut, u din mietet!”.

L-ezorcista’ li kien qed isegwi lil dan il-guvni fil-process ta’ helsien jghid: ‘Huwa process twil u iebes biex persuna bhal dan, li tkun ghamlet patt max-xitan, tinheles. Mhux ghax Gesu’ Kristu mhux kapaci jehilsu imma ghaliex dawn il-persuni mhux biss huma posseduti imma huma soggetti ghax-xitan, qeghdin taht il-hakma tieghu. Minhabba l-patt li jkunu ghamlu bid-demm taghhom, ix-xitan ma jkunx irid jitlaqhom ghax b’dak il-patt huma jkunu halfu li se jkunu liberament sottomessi ghalih. Izda ma rridux naqtghu qalbna: ghax bit-talb, sawm, il-grazzja u l-fiducja f’Alla, kullhadd jista’ jigi mehlus.