Satana: ‘Alla tal-Hazen?'
Fr Franco Fenech OFM Cap

img

Satana: ‘Alla tal-Hazen?'
Fr Franco Fenech OFM Cap

Hawn xi whud anki fostna li, minhabba nuqqas ta’ taghlim, jaqghu fl-izball u jahsbu li Satana huwa alla u allura huwa omnipotenti (jista’ kollox) omniprezenti (jinsab kullimkien), etern (kien minn dejjem) u omnixxenti (jaf kollox). Minn hawn tinbet certu biza meta nitkellmu fuq dan is-suggett ghax inkunu qed natribwixxu b’mod zbaljat lil Satana, qawwa u dimensjoni bla limitu. Dan ma jikkorrispondix ghar-realta’, ghax Satana huwa krejatura u bhala krejatura huwa limitat. Minhabba dan il-periklu inhoss li huwa mportanti li niccaraw punt dwar x’jista’ jaghmel u x’ma jistax jaghmel Satana. 

Fil-holqien tad-dinja, qatt ma kien hemm zewg divinitajiet li huma opposti li qeghdin f’taqbida bejniethom, cioe’, Alla tajjeb li halaq dak kollu li hu sabih u tajjeb u alla hazin li hu l-awtur ta’ kull ma hu hazin. Jekk nammettu dan inkunu qed naccettaw l-erezija tal-Manikej. Mani u Priscilliano kienu jemmnu u ghallmu li x-xitan mhuwiex krejatura, mhuwiex mahluq, imma kien jezisti minn dejjem u huwa il-bidu u l-gherq tal-hazen kollu li hawn fid-dinja. Fir-realta’ ix-Xitan, li huwa l-ewwel wiehed mill-angli, huwa krejatura, huwa mahluq minn Alla. Huwa, cahad il-fatt li huwa gie mahluq minn Alla u allura cahad id-dipendenza tieghu minn Alla minhabba s-suppervja tieghu u l-ghira li ghandu lejn Alla u ried li jibda’ jigi kkunsidrat daqslikieku kien huwa stess alla billi jiehu l-post ta’ Alla. Dan l-anglu, irribella kontra Alla u ghalhekk iddistakka ruhhu minn dak li huwa l-istess Tjubija u l-aqwa gid. B’hekk sar hazin b’mod definittiv.

L-izball rigward id-divinita’ tax-Xitan gie mghallem mill-gdid fis-seklu XII mill-Catari fl-Occident u mill-Bogomili fl-Ewropa Occidentali. Dan it-taghlim gie trattat u kkundannat fil-Koncilju Ekumeniku Lateran IV (1215) li fid-Digriet Firmiter tal-11 ta’ Novembru, naqraw: ‘ahna nemmnu fermament u niddikjaraw b’qalb sinciera.... li Alla huwa l-uniku origini u krejatur ta’ kollox, il-hallieq ta’ dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx, spiritwali u materjali... ix-Xitan izda u l-ispirti hziena gew mahluqa tajbin minn natura taghhom, imma huma saru hziena minhabba dak li wettqu huma stess’.

L-izball tal-Manikej u tal-Katari insibuhom fil-bazi tat-twemmin ta’ membri f’setet Satanici ta’ zmienna li jaduraw lix-Xitan daqslikieku kien xi alla. Fil-fatt is-setet satanici jemmnu li x-Xitan huwa alla u ghalhekk kif ahna fit-talba tal-Missierna nghidu ‘ha tigi saltnatek’ u b’hekk nistiednu li s-Saltna t’Alla tigi fostna billi noholqu ambjent ta’ mhabba, paci, ghaqda, mahfra u rispett bejnietna, huma jahdmu biex ikabbru s-saltna tax-Xitan billi jghixu u jxerrdu il-hazen: glied, ghira, tkissir ta’ familji u sacerdoti, mibeghda, sess dizordinat, droga, omicidji u ohrajn.