Riti Satanici
Fr Franco Fenech

img

Riti Satanici
Fr Franco Fenech

Min jippresiedi ir-rit jilbes mantell iswed biex jahbi l-identita’ tieghu mill-ghajnejn ta’ dawk li ghadhom mhumiex ‘mghammdin’. Fuq il-mantell gieli jkun hemm simboli satanici. Dawk kollha li jippartecipaw ikunu lebsin l-iswed u kultant jghattu wicchom bil-kapocc. Ir-riti jsiru jew f’kappelli abbandunati, cimiterji, djar privati jew postijiet ‘il boghod min-nies u dizabitati. Izda barra minn pajjizna nsibu anke knejjes ufficjali u postijiet fissi fejn isiru riti satanici. Ta min jghid illi minhabba li certu kappelli jew knejjes qed jigu mibjugha minhabba li m’ghadhomx jintuzaw, xi whud gew mixtrija propju min persuni li qeghdin fi gruppi satanici biex jintuzaw ghar-riti taghhom.

Ir-riti satanici jiehdu diversi forom: riti ta’ inizzjazzjoni, pattijiet satanici anki bid-demm tal-persuni, maghmudija, konsagrazzjoni, sejhat lill-ispirti negattivi, sahtiet, parodija tas-sagramenti tal-Knisja Kattolika, quddiesa s-sewda. Ir-riti ta’ dawk li jsegwu s-satanizmu personalista u ta’ dawk li jsegwu s-satanizmu impersonali (ara artikli precedenti), jixbhu hafna lil xulxin, anki jekk it-tifsira li jaghtu lir-riti hija differenti. Perezempju: il-quddiesa s-sewda ghal dawk li jsegwu s-satanizmu personalista (jew okkultista) hija vera liturgija t’adorazzjoni lil satana. Imma ghal dawk li jsegwu s-satanizmu impersonali hija sempliciment bhal dramm li bih wiehed jista’ jehles lilu nnifsu mis-‘superstizzjoni’ religjuza (ghax huma jharsu lejn kull tip ta’ religjon bhala ‘superstizzjoni’, xi haga fittizja, li taljenak, tbieghdek mir-realta’ u xxekklek).

Hemm mumenti opportuni li fihom dawn ir-riti jigu ccelebrati. Dawn nistghu insejjhulhom: il-granet tas-solenitajiet il-kbar tal-kalendarju sataniku. Uhud minnhom isiru f’dati apposta biex ifakkru festi antiki marbuta mad-dinja tas-sharijiet. L-ewwel wahda fosthom hija dik tal-Halloween. Din tigi ccelebrata fil-lejl ta’ bejn il-31 t’Ottubru u l-1 ta’ Novembru. Din il-festa bdiet gewwa l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Iskozja u mbaghad kompliet tinfirex f’hafna pajjizi, specjalment fl-Ewropa. Hawn Malta qed tigi ccelebrata bil-kbir. U b’dispjacir nghidu li tigi ccelebrata f’hafna ambjenti taz-zghazagh: skejjel (anki tal-Knisja!), centri taz-zghazagh (anki f’dawk fir-responsabilita’ tal-parrocci), postijiet ta’ divertiment u postijiet tax-xoghol. Din il-festa hija meqjusa bhala il-bidu tas-sena tal-magija (capodanno magico). U giet mahluqa biex tiehu post il-festa tal-Qaddisin kollha.

Fil-fatt fil-5 t’Ottubru 2005, il-Kummissjoni Djocesana dwar l-okkult u s-satanizmu intalbet taghti l-parir taghha minn diversi genituri u Youth centres dwar jekk ic-celebrazzjoni tal-festa tal-Halloween hijiex kompatibbli jew la ma’ min jixtieq jiehu bis-serjeta’ l-impenn tas-sejha nisranija tieghu. P.Marcello Ghirlando Ofm, segretarju tal-kummissjoni wiegeb li ghalkemm hemm xi whud li jiccelebraw din il-festa biss biex ikissru r-rutina ta’ kuljum, imma din il-festa hija ta’ origini pagana u ssib l-gheruq taghha fi twemmin li mhux imdawwal mill-misteru ta’ Gesu’ Kristu l’Iben t’Alla. Ma’ din il-festa ntrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjuzi u ohrajn li ghandhom x’jaqsmu mad-dinja ta’ l-ispiritizmu u l-okkult fis-sens l-aktar wiesa’ tieghu. Ghalhekk ma jixraqx li gruppi Kattolici jiccelebraw din il-festa anki jekk minghajr ebda’ intenzjoni hazina. Din ic-celebrazzjoni ssir sinjal ta’ ftuh lejn kultura neo-pagana u tlaqqim fil-kultura ta’ l-okkult li hu komuni hafna fi zmenijietna. Ikun sabih jekk fil-festi tal-Qaddisin kollha (1 ta’ Novembru) u tal-mejtin kollha (2 ta’ Novembru), wiehed jiccelebra l-fidi tieghu u fuq l-ezempju tal-Qaddisin, jifhem li ghan-nisrani, il-ferh veru jinsab f’relazzjoni ta’ hbiberija vera u hajja ma’ Kristu Gesu’, il-Feddej tal-bniedem.

It-tieni solennita’ hija dik hekk imsejjha Candlemass.Din tigi ccelebrata fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Frar. Is-satanisti jikkunsidraw din il-festa bhala il-bidu tar-rebbiegha magica. Ta min jinnota li dak in-nhar ahna bhala nsara niccelebraw il-festa tal-Gandlora cioe’ tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-tempju. It-tielet solennita’ hija dik ta’ Beltane li tigi fil-lejl ta’ bejn it-30 t’April u l-1 ta’ Mejju. Din hija meqjusa bhala: l-bidu tas-sajf magiku. Ir-raba’ solennita’ hija l-vgili tal-festa ta’ San Gwanni Battista, fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Gunju. Din tkun mistennija hafna ghax fiha jipprattikaw hafna l-maghmul, specjalment, dak li jwassal ghall-mard u l-mewt.

Ir-riti li s-satanisti jiccelebraw f’dawn l-erba’ solennitajiet huma meqjusa bhala qawwija hafna, specjalment jekk dak in-nhar jahbat ukoll lejl ta’ qamar gdid (prattikament huwa l-lejl bla qamar, lejl mudlam).

Importanti wkoll ghas-satanisti hija l-Gimgha l-Kbira li, minkejja li ma tidholx fil-kalendarju tas-solennitajiet taghhom, imma hija appuntament ta’ kull sena li fih isiru riti sagrilegi u oxxeni ndirizzati lejn Gesu’ msallab. Huma jippreferu jiltaqghu fil-lejl ta’ bejn Hamis ix-Xirka u l-Gimgha l-Kbira jew inkella fil-Gimgha l-Kbira fit-3 ta’ wara nofs in-nhar biex jipprofanaw u jiddisprezzaw lil Kristu mejjet fuq is-Salib.

Il-maggoranza tar-riti jigu ccelebrati bil-lejl ghal zewg ragunijiet. L-ewwelnett ghaliex il-lejl huwa meqjus bhala s-simbolu tad-dlamijiet u t-tieni ghax matul il-lejl hafna inqas nies ikunu qeghdin jitolbu u ghalhekk il-kult sataniku isir b’hafna inqas xkiel u bla nterferenza spiritwali ta’ talb nisrani. Meta f’dak il-lejl jahbat ukoll qamar gdid tkun okkazzjoni idejali ghax peres li dak il-lejl ikun bla qamar, allura huwa simbolu tas-saltna tad-dlamijiet. Fil-ktieb The Satanic rituals ta’ Anton Szander La Vey insibu gabra tar-riti l-aktar importanti u cerimonji li jsiru mill-gruppi satanici biex iqimu x-xitan u juru l-fedelta’ taghhom. F’dan il-ktieb, La Vey, jispjega kif id-diversi riti jzebilhu is-Sagramenti tal-Knisja – il-maghmudija, iz-zwieg, il-funeral u fuq kollox il-quddiesa u l-Ewkaristija. Sa mill-bidu, meta wiehed irid jinghaqad ma’ setta satanika irid jaghmel diversi cahdiet. Infatti ir-rit ta’ inizzjazzjoni wiehed jista’ jsib dawn l-elementi: ic-cahda tal-maghmudija nisranija li biha wiehed ikun dahal f’Patt ma’ Alla f’isem Gesu’ Kristu; ic-cahda tal-fidi fis-Sagrament tal-Ewkaristija, ic-cahda tal-fiducja f’Alla u l-ubbidjenza lejH biex wiehed jadura lil Satana, ic-cahda tal-fidi fil-Madonna, ic-cahda tas-sagramenti, il-profanazzjoni tas-Salib, il-halfa solenni li wiehed jafda ruhu lil Satana, il-maghmudija fl-isem tax-xitan u l-ghoti ta’ isem; marka fizika ta’ appartenenza lix-xitan, l-ghoti tal-parrinijiet f’setta satanika, il-profanazzjoni ta’ l-Ostji kkonsagrati waqt quddiesa sewda.