Min hu Satana?
Fr Franco Fenech

img

Min hu Satana?
Fr Franco Fenech

L-isem ta’ ‘Satana’ gej mil-lingwa Ebrajka ‘Sa’tan’’ li jfisser: avversarju, ghadu, xi hadd li jippersegwita, akkuzatur, giddieb’. L-iskop tieghu hu li jizra’ il-firda fost il-bnedmin permezz tal-konfuzjoni, n-nuqqas ta’ ftehim u d-dnub. Il-kelma ‘Satana’ bil-Grieg hija ‘Diabolos’, espressjoni li gejja mill-verb ‘diaballo’ li jfisser ‘tifred, tbieghed minn xulxin’. Dan juri li x-xoghol principali ta’ Satana huwa li jifridna (ibeghdna) mis-salvazzjoni li tana Alla permezz ta’ Gesu’ Kristu. Imma mhux biss, huwa johloq anke firda bejnietna ghax jaf li Gesu’ qal: ‘minn dan jaghrfukom li intom dixxipli tieghi, mill-imhabba ta’ bejnietkom’. Mela meta Satana jirnexxielu jwaqqaf tnejn milli jhobbu lil xulxin, dawn ma jistghux jissejhu aktar dixxipli ta’ Kristu u wkoll ma jistghux jaghtu aktar xhieda tal-Mulej Gesu’. Satana huwa l-persunagg responsabbli minn dak kollu li jmur kontra l-opra salvifika ta’ Alla.

F’din il-hidma, Satana mhuwiex wahdu. Mieghu hemm ghadd ta’ spirti negattivi ( ara Ef.6,12) li jissejhu ‘demonji’ u li flimkien jifformaw renju, saltna (ara Mt.12,25), immexxija minn Satana. Huma jahdmu biex isiehbu maghhom lill-bniedem fir-ribelljoni kontra Alla. Izda ‘permezz ta’ Kristu, Alla jikkonferma ir-rebha tieghu fuq il-Hazin’ (mill-Katekizmu tal-Knisja Kattolika 74). Huma jahdmu fid-dinja b’mibeghda lejn Alla u lejn il-bniedem u juzaw kull mezz biex iferuna ghaliex huma jafu li ahna gejna destinati biex, jum wiehed, inkunu f’dak il-post li fih huma qatt ma jistghu ikunu. Din timliehom b’ghira u mibeghda kbira lejn il-bniedem, ghira li twassalhom biex jaghmlu kull sforz possibbli biex iwassluna, flimkien maghhom, ghat-telfien ta’ dejjem.

Il-Papa Gwanni Pawlu II, fl-Udjenza Generali tat-13 t’Awwissu 1986 jghid: ‘L-Ispirtu negattiv jahdem bis-shih biex jizra fil-bniedem l-istess atteggjament tieghu, atteggjament ta’ rivalita’, ta’ suppervja u oppozizzjoni ghal Alla. Din saret il-motivazzjoni principali tal-ezistenza tieghu’.

U l-Papa Pawlu VI fl-Udjenza Generali tal-15 ta’ Novembru 1972 jispjega l-attivita’ tax-xitan fil-konfront tal-bniedem b’dan il-mod: ‘Huwa l-ghadu mohbi (okkult) li jizra’ il-firda, il-mibeghda u l-falliment fil-bniedem. Tajjeb niftakru fil-parabbola tal-qamh u s-sikrana li turi li l-fatti illogici li kultant nghaddu minnhom jistghu ikunu gejjin minnu: inimicis homo hoc fecit ( xi ghadu tieghi ghamilli dan) (ara Mt.13,28). Huwa l-qattiel sa mill-bidu... il-missier tal-gideb, kif isejjahlu Kristu nnifsu (ara Gw.8,44). Huwa dak li jattakka l-ekwilibriju morali tal-bniedem. Huwa dak li bil-makakkerija tieghu, jasal ghal bniedem, permezz tas-sensi, tal-fantasija, tal-konkupixxenza u permezz ta’ relazzjonijiet socjali disordinati. Tkun haga tajba li jsir studju dwar dan il-kapitlu importanti fid-duttrina Kattolika, dwar Satana u dwar l-influss tieghu fuq il-bniedem, fuq is-socjeta, fuq persuni individwali jew fuq grajjiet li nghaddu minnhom... X’inhu illum il-bzonn principali tal-Knisja? Forsi ir-risposta tidher semplicistika jew superstizzjuza jew sahanisitra irrejali: wiehed mill-bzonnijiet kbar u urgenti li ghandha l-Knisja llum hija li tiddefendi ruhha minn dak il-hazen li jissejjah Demonju’.