L-Uzu ta' Postijiet Sagri Ghall-Quddiesa s-Sewda
Fr Franco Fenech
Meta gejt biex nikteb dan l-artiklu hassejt li jkun opportun li nikteb xi haga dwar xi postijiet li membri f’setet satanici jippreferu, kemm biex jaghmlu c-celebrazzjonijiet taghhom u wkoll biex jisvogaw l-aggressivita’, is-sens ta’ rabja, vendetta u jaghmlu atti li bihom iwegghu lis-socjeta’, specjalment lill-dawk li huma nsara konvinti. Hassejt li huwa mument opportun li nikteb dan l-artiklu ghaliex zgur li hafna minna baqghu ixxukkjati wara l-fatti li graw fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Dicembru tas-sena l-ohra gewwa c-cimiterji ta’ Hal Kirkop u Hal Safi. Zgur li f’qalb hafna minna kien hemm domandi bhal: ‘ghaliex ghazlu c-cimiterju?’, ‘X’ifisser ghalihom dan il-post?’.
Ghalina l-insara c-cimiterju huwa post sagru, post qaddis. Barra l-knisja, ghan-nisrani ma jezistix post iehor ghaziz fid-dinja daqs ic-cimiterju. Minn dak in-nhar li l-gisem ghaziz tal-Mulej taghna Gesu’ gie midfun go qabar biex jistenna l-jum tal-qawmien, il-Knisja ghandha rispett u qima kbira lejn dawk li mietu fi Kristu u li huma wkoll qed jistennew il-jum: ‘meta huwa jibdel il-gisem imsejken taghna fis-sura tal-gisem glorjuz tieghu’. Fic-cimiterju ahna nidfnu l-gisem ta’ hutna li l-Mulej sejhilhom qabilna u niftakru li l-gisem taghna, fil-Kelma t’Alla jigi deskritt bhala ‘tempju tal-Ispirtu s-Santu’(1Kor.3;16).
Ghalhekk il-gisem ghandu dinjita’ gholja hafna, kemm ghaliex Gesu’ nnifsu ghollih minhabba l-Inkarnazzjoni tieghu, kemm ghaliex fil-maghmudija sar tempju tal-Ispirtu s-Santu u anki ghax permezz taz-zejt tal-maghmudija u tal-Grizma gie kkonsagrat lill-Mulej. Tant hu hekk li fir-rit tal-funeral, propju lejn l-ahhar tac-celebrazzjoni, is-sacerdot ibierek u jincensa l-gisem tal-mejjet bhala turija tad-dinjita’ tieghu. Minhabba dan, ic-cimiterju ha sinifikat kbir specjalment ghal min jemmen. Hawn min isejjahlu ‘l-ghalqa ta’ Alla’, ghaliex minn hemmhekk, permezz tad-difna, nizirghu z-zerriegha li minnha trid tinbet hajja gdida bla tmiem. Huwa l-post li jimliena bit-tama ghaliex minn hemm ghad inqumu biex ‘inkunu bhalu ghax narawH kif inhu’ (1 Gw.3;2). Niftkaru f’dak li jghid San Pawl fl-ewwel ittra tieghu lil Korintin: ‘u bhalma l-bnedmin kollha imutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-hajja fi Kristu’(15;22). Ghalhekk sa mill-eqdem zmenijiet, il-Knisja kienet kburija bic-cimiterji taghha u hekk hija u ghandha tkun kburija kull parrocca li ghandha c-cimiterju propju taghha ghaliex huwa post sagru, qaddis, post ta’ talb, ta’ rispett, post li jghaqqad lilna ma dawk li bhal San Pawl jistghu jghidu: ‘tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-girja u harist il-fidi’.
Meta nzommu f’mohhna dan id-diskors, allura nistghu naslu biex inwiegbu dawk id-domandi li tkellimna minnhom fil-bidu. Ix-xitan ghandu rabja kbira ghal dak kollu li jfakkarna fil-misteru tas-Salvazzjoni taghna, jigifieri l-mewt u l-qawmien ta’ Gesu’ li permezz taghhom ahna sirna wlied Alla u jekk ulied sirna wkoll werrieta tas-Saltna ta’ Alla flimkien ma’ Kristu. Ix-xitan ghandu rabja kbira lejna u lejn il-gisem taghna minhabba d-dinjita’ li Alla tah permezz tal-Inkarnazzjoni ta’ Ibnu. U ghalhekk, kull min ghazel lix-xitan bhala s-sid ta’ hajtu, ma jistax ma jircevix anke hu din ir-rabja li jesprimiha f’dawn l-atti sagrilegi li sehhew ftit tal-granet ilu f’zewg irhula Maltin. Ejjew bhala riparazzjoni ghal dawn l-atti, nirrispettaw lil hutna mejtin, niftakru fihom fit-talb taghna u nghozzu c-cimiterju bhala post li jqawwi t-tama taghna fil-qawmien ghall-hajja.