L-Ezorcizmu I
Fr Franco Fenech
Gesu w l-Ezorcizmu
Fit-tliett snin tal-hajja pubblika tieghu, Gesu’ ezorcizza diversi persuni mahkuma mix-xitan. Fil-fatt, Gesu’ mhux biss habbar is-Saltna ta’ Alla, mhux biss xandar l-indiema mid-dnub, mhux biss hafer lill-midimbin li nidmu u ghamel sinjali ta’ fejqan ma’ persuni mahkuma minn kull xorta ta’ mard, imma spiss insibuh f’taqbida diretta max-xitan permezz tal-ezorcizmu, meta gabulu quddiemu persuni posseduti u tturmentati mix-xitan, kemm fuq livell fiziku u kemm fuq livell psikiku. L-ezorcizmu ghal Gesu’ kien attivita’ ta’ mportanza kbira ghaliex, permezz tieghu mhux biss kien jehles lill-persuni mill-jasar u l-irbit tax-xitan, imma kien juri wkoll li huwa s-Sid tal-hajja, il-hellies u s-salvatur tal-bnedmin, kapaci li jwassal il-helsien minn dak kollu li lill-bniedem kien ijassru u jkissru.
L-istil li Gesu’ kien juza waqt li jezorcizza persuni, kien totalment differenti minn dak li kienu juzaw ‘ezorcisti’ ohra ta’ zmienu. Dawn kienu jirrikorru ghal riti xi ftit jew wisq magici li Gesu’ qatt ma kienu juza’. Gesu’ kien ikecci x-xjaten biss bil-qawwa tal-Kelma tieghu, billi jordna u jikkmanda lix-xitan biex jitlaq mill-persuna, u l-qawwa tal-Kelma ta’ Gesu’ kienet tobbliga lix-xitan li jobdi minghajr ma jaghmel l-icken rezistenza. Hawnhekk tajjeb li naghmlu riflessjoni zghira: Forsi quddiem dan il-fatt xi whud jistaqsu: ghaliex Gesu’ kien ikecci x-xitan ma l-ewwel ezorcizmu u l-ezorcista ghandu bzonn ta’ tant zmien u ezorcizmi biex iwassal persuna ghall-helsien shih? Xi whud izommu li din hi prova li turi li l-persuna mhux veru tkun posseduta mix-xitan! Imma min jirraguna hekk juri li ma jafx is-silta Evangelika fejn, wara li l-appostli, ma l-ewwel ezorcizmu ma jirnexxielhomx jehilsu tifel mill-hakma tax-xitan, Gesu’ jaghmel diskors li fih jenfasizza l-bzonn tat-talb u tas-sawm, maghquda ma fidi soda: ‘Spirtu bhal dak’, qalilhom, ‘ma jista’ jitkecca b’cejn hlief bit-talb’ (Mk.9,29). Minn dan jidher car li jezistu kazijiet li ghalihom ma jkunx bizzejjed ezorcizmu wiehed biex jinhelsu. Irid ikun hemm is-sawm u t-talb ghal xi zmien, kultant anke fit-tul.
Haga ohra mportanti hi li l-‘ezorcisti’ Gudej ta’ zmien Gesu’, ma kienux jorbtu l-fatt li jkeccu x-xjaten mal-wasla tas-Saltna ta’ Alla. Din ir-rabta bejn l-ezorcizmu u l-wasla tas-Saltna ta’ Alla, hija xi haga vitali fil-kaz ta’ Gesu’. Fil-fatt, ghal Gesu’, it-tkeccija tax-xitan hija ‘sinjal’ li s-saltna ta’ Alla qeghda f’nofsna u li l-imhabba salvifika tieghu hija prezenti u qed tahdem fid-dinja: ‘Jekk jien inkecci x-xjaten bil-qawwa tas-sebgha ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla’ (Mt.12,28).
Gesu’ mhux biss jikkumbatti max-xitan personalment imma ta l-stess setgha anki lid-dixxipli tieghu. Mid-dixxipli huwa ghazel tnax li semmihom Appostli biex ‘joqoghdu mieghu’ u biex ‘jibghathom ixandru l-bxara t-tajba’ u biex ‘ikollhom is-setgha li jkeccu x-xjaten’ (Mk.3,4-15; 6, 7.12-13). Imbaghad din is-setgha Gesu’ jaghtiha lid-dixxipli kollha, jigifieri lill-Kristjani kollha (Mk.16,15-18). Minn dak il-hin, il-Knisja inghatat din il-qawwa li tkecci x-xjaten u din il-qawwa tigi mill-kmand li jsir f’Isem ta’ Gesu’ li taha din l-istess awtorita’ (At.5,15; 8, 7; 16, 18; 19,12).
l-Ezorcizmu Matul il-Bidu tal-Knisja
‘L-iskop tal-ezorcizmu huwa li jkecci x-xitan mill-persuni jew li jehles lill-persuni mill-influwenza tax-xitan permezz tal-awtorita’ spiritwali li Gesu’ ta lill-Knisja tieghu’ (Dirittu Kanoniku 1673). Ir-ritwal tal-ezorcizmu, fl-introduzzjoni tieghu, numru 12 jghid: ‘Fit-talba tal-ezorcizmu magguri, il-Knisja, maghquda mal-Ispirtu s-Santu, titlob bil-herqa biex l-istess Spirtu s-Santu jintervjeni bil-qawwa tieghu fid-dghufija taghna fit-taqbida kontra x-xitan u jwaqqfu milli jfixkel lill-fidili. Il-Knisja ma tistrieh qatt fuqha nfisha imma tafda bis-shih l-Ispirtu s-Santu li Gesu’ nnifsu nefah fuq id-dixxipli tieghu wara l-qawmien tieghu mill-mewt u f’Isem Alla u Gesu’ Kristu, il-Mulej, li lilu kulhadd, inkluz ix-xitan, irid jobdi’.
Fl-ewwel sekli tal-Kristjanezmu, il-prattika tal-ezorcizmu ma kenitx riservata biss ghall-kategorija partikolari ta’ persuni jew ministri tal-kult: kull fidil seta’ jezorcizza. Jekk naghtu ftit attenzjoni, nindunaw li l-istess tnax-il appostlu kienu jipprattikaw l-ezorcizmu anke qabel ma gew maghmula isqfijiet fl-ahhar cena (Mk.3,14-15). Sahanistra t-tnejn u sebghin dixxiplu, fuq ordni ta’ Gesu’, kienu jkeccu x-xjaten anke jekk ma kienux persuni kkonsagrati jew isqfijiet jew sacerdoti (Lq.10,17-20). Fil-kapitlu 9 tal-Vangelu skond San Luqa, insibu rakkont ta’ persuna li kien jezorcizza f’Isem Gesu’, b’fidi shiha fih bhala l-Iben t’Alla, Salvatur, Redentur u Messija. Minhabba li ma kienx fil-grupp taghhom, l-Appostli riedu lil Gesu’ jwaqqfu milli jaghmel dan, imma Gesu’ jwiegeb: ‘izzomuhx, ghax min mhuwiex kontra taghkom huwa maghkom’ (50).
Sa mill-ewwel zmenijiet tal-Kristjanezmu, kienet haga certa li kull min jemmen f’Gesu’ Kristu, bhala l-Iben t’Alla u l-uniku Salvatur u Redentur tad-dinja, jista’ jkecci x-xjaten bil-grazzja tieghu. ‘Biex xi hadd jaghmel dan’, jghid Origene, ‘m’hemmx bzonn li jkollu l-intelligenza, l-gherf’ (Contro Celso 7,4). Madankollu, hija haga cara li kull min jimxi ‘l quddiem fil-hajja tat-talb u fil-penitenza, huwa aktar adattat biex jezorcizza.
Ghalhekk, fil-bidu tal-istorja tal-Knisja, specjalment fil-Knisja Orjentali, l-ezorcizmu kien isir, mhux biss minn persuni li jkunu rcevew l-Ordni Sagri, imma minn kull min ikollu sejha personali minhabba li jkun bniedem ta’ talb u penitenza. Fost l-ezorcisti l-kbar tal-Knisja ma nistghux ninsew lil San Martin ta’ Isqof ta’ Tours, l-ewwel monaci bhal Sant’Anton Abbati, San Pakomju u ohrajn. Imbaghad bil-mod il-mod, fil-Knisja Occidentali kien hemm tendenza qawwija biex jigi kollox regolarizzat. Diga lejn tmiem it-2 seklu insibu li l-esorcizmu gie fdat f’idejn cirku ta’ persuni anke jekk kulhadd seta’ jaghmel parti minn dan ic-cirku. Sant’Irinew jitkellem fuq dawk li jaghmlu parti minn dan ic-cirku b’certa ammirazzjoni. Il-Papa Kornelju, fis-sena 251, huwa l-ewwel wiehed li, f’ittra ndirizzata lil Fabio minn Antijokja, jitkellem dwar l-ezorcisti bhala ‘persuni li ghandhom ufficcju sagru’. Il-Papa Kornelju f’din l-ittra jaghmel lista ta’ ministeri fil-Knisja u f’din il-lista jsemmi presbiteri, djakni, suddjakni, akkoliti, ezorcisti, letturi u ostjarji ta’ Ruma. Wara dan, il-Koncilju ta’ Laodicea, fis-sena 364, jikteb li: ‘dawk li mhumiex ordnati mill-isqof, ma jistghux jaghmlu ezorcizmu la fil-Knisja u lanqas fid-djar’. B’dan juri, li diga’ minn dak iz-zmien, l-ezorcizmu seta’ jsir biss mis-sacerdoti anke jekk minghajr il-permess tal-Isqof. Nistghu nghidu li fis-sena 416 gie stitwit l-ufficcju tal-ezorcistat, meta l-Papa Innocenz I jistabilixxi li l-ezorcizmu seta’ jkun amministrat mis-sacerdoti, imma biss minn dawk li jkollhom l-awtorizzazzjoni tal-Isqof. Dan huwa l-mod kif il-Knisja baqghet izzomm sal-lum (Dirittu Kanoniku 1172).
Forom ta' Ezorcismu
Nistghu nghidu li l-ezorcizmu jiehu zewg forom. Wahda hija msejjha ‘forma invokattiva’ u l-ohra ‘forma imperattiva’ (ara: Rit tal-ezorcizmi u talb f’cirkustanzi partikulari. Numru 61. 81. 83). Waqt l-ezorcizmu nvokattiv, ahna naghmlu talb indirizzat lil Alla biex Hu jintervjeni bil-qawwa tieghu, ghall-helsien shih tal-persuna. Izda fl-ezorcizmu mperattiv, is-sacerdot jidhol f’konfront dirett max-xitan u jikkmanda lix-xitan, f’Isem Gesu’ Kristu, biex jitlaq ‘il boghod mill-persuna li jkun qieghed jippossjedi jew li jieqaf milli jfixkel lill-persuna billi jgieghel lill-persuna thoss il-prezenza tieghu f’xi post, dar jew f’xi oggett iehor.
L-ezorcizmu fil-forma mperattiva huwa awtoritattiv, jigifieri, huwa forma ta’ kmand u mhux ta’ talba. Ix-xitan juri li jhoss il-qawwa kollha ta’ dan il-kmand. Fil-fatt, quddiem dan il-kmand, ix-xitan la jista’ jinheba w anqas jirribella. Anki jekk l-ezorcista ma jkollux l-effett li jkun stenna meta juza’ dan l-ezorcizmu, izda l-ezorcizmu mperattiv iservi biex inaqqas dejjem izjed l-ispazju u l-liberta’ ta’ azzjoni tax-xitan.
Skond in-normi tar-rit il-gdid, l-ezorcizmu fil-forma mperattiva jista’ jigi wzat biss f’kazijiet li fihom hemm certezza li l-persuna hija vittma ta’ possessjoni: ‘L-ezorcista ma jiccelebrax l-ezorcizmu fil-forma mperattiva jekk mhuwiex moralment cert li l-persuna li se tigi ezorcizzata hija verament posseduta mix-xitan’ (De exorcismis et suplicationibus quibusdam, Praenotanda n.16). Fid-dawl ta’ din in-norma nistghu nghidu li l-ezorcizmu fil-forma mperattiva jista’ jigi uzat biss meta jkun hemm certezza li l-persuna hija vittma ta’ possessjoni. Izda l-forma invokattiva, tista’ tigi utilizzata anke jekk ma jkunx hemm ic-certezza li l-persuna li l-ezorcista jkollu quddiemu, hija vittma ta’ possessjoni. F’dan il-kaz, l-ezorcizmu ghandu, mhux biss l-sikop li jehles lill-vittma mill-possessjoni, imma wkoll li jesplora jew jaghmel dijanjosi minhabba li xi kultant, il-possessjoni tohrog fil-berah biss waqt ir-rit tal-ezorcizmu stess. Huma diversi l-kazijiet li fihom, is-sintomi li wiehed jista’ josserva fil-vittma matul ir-ripetizzjoni tat-talba ta’ liberazzjoni, ikunu l-analizi finali biex tiddixxerni jekk hemmx bzonn li l-persuna tigi sottomessa ghall-ezorcizmi. Izda huwa veru wkoll li f’certi kazijiet huwa biss waqt it-talba tal-ezorcizmu li tinduna jekk certi rejazzjonijiet fil-persuna ghandhomx origini dijabolika jew le. Dwar dan, Patri Gabrijel Amorth kiteb f’wiehed mill-kotba tieghu:
‘Jista’ jkun hemm manifestazzjonijiet li quddiemhom nibqghu xi ftit perplessi. Dan minhabba l-fatt li xi kultant ikollna quddiemna persuni li ghandhom, kontemporanjament, hsara psikologika u hsara spiritwali. Meta dan jigi verifikat, il-persuna trid tigi sottomessa, kemm ghall-ghajnuna professjonali ta’ Psikjatra w anke ghall-ghajnuna spiritwali permezz tal-Ezorcista. Huwa propju minhabba dan ir-rwol dijanjostiku li jiena nuza t-talba tal-ezorcizmu b’mod frekwenti u qatt ma ddispjacieni: bizzejjed ghalija li jkolli suspetti sufficjenti biex naghmel dan. Fil-maggoranza tal-kazijiet, ezorcizmu wiehed kien bizzejjed biex neskludi l-possibilta’ li l-persuna hija posseduta mix-xitan. Ghalhekk l-esperjenza tal-ezorcista tiswa’ hafna. Jekk l-ezorcista ghandu hafna esperjenza, allura jkun aktar kapaci jidentifika liema sintomi huma sinifikattivi u liema mhumiex. Pero’ irid izomm f’mohhu li x-xitan se jaghmel minn kollox biex ma jikxifx lilu nnifsu u l-prezenza tieghu. Irridu niftakru li jekk il-psikjatra, meta jaghti l-medicini, jizbalja, huwa jikkawza hsara fil-persuna marida, izda jekk ahna bhala ezorcisti nitolbu fuq il-persuna, dan ir-riskju ma jezistix.’
Tahwid u Miskoncezzjoni Dwar l-Spiritwalita w l-Ezorcizmu
Il-bniedem tal-lum huwa razzjonali hafna. Pero’ huwa mportanti hafna li ma nhallux lilna nfusna nigu kkundizzjonati minn certi skejjel ta’ ‘parapsikologija’ jew ta’ psikjatrija ateja li tichad l-ezistenza ta’ dak kollu li hu spiritwali, sew jekk hu Alla u sew jekk hu x-xitan! ‘Mhux bizzejjed li tabib jew psikologu jkun mghammed, jew jghid li hu Kattoliku, biex ikun sensibbli ghar-realta’ spiritwali. Spiss anki Kristjani ferventi, u sahansitra sacerdoti, ikunu izjed razzjonalisti mill-istess persuni razzjonalisti’(Rene’ Laurentin, Il-demonio. Mito o realta’? p.214). ‘Kulhadd jaf li l-psikjatrija moderna mhix xjenza li timxi fuq impostazzjoni tejorika unika. Hemm diversi aprocji li bihom jigu skrutati l-wegghat psikici u psikologici tal-bniedem’ (Dr. G.Tufo, Lo psichiatra di fronte agli incerti confini tra lo psichico e lo spirituale, dal periodico dell’Associazione Terapisti Cattolici Competenze e passione, aprile 2005). U hafna minn dawn l-impostazzjonijiet jeskludu l-isfera spiritwali, billi jhawwdu r-ruh mal-‘psike’ tal-bniedem u b’hekk jirriducu kollox, anke dak li mhumiex kapaci jispjegaw, ghall-mohh uman jew ghall-inkonxju. B’hekk jigi traskurat kull riferiment ghall-isfera spiritwali tal-bniedem.
Bla dubju, certi affermazzjonijiet li jsiru, jinbtu minn kuncett zbaljat dwar il-figura tax-xitan. Fil-fatt, il-Vangelu u l-Atti tal-Appostli, qatt ma jirrakkuntaw xi rejazzjoni ta’ biza’ li x-xitan jipprovoka fil-persuni. Ghall-kuntrarju, dawn aktar jirrakkuntaw dwar il-biza’ li x-xitan stess ghandu minn Gesu’, l-Appostli u dawk li huma nsara veri. M’hemm xejn iktar kuntrarju ghall-ispirtu Kristjan, mill-biza’ mix-xitan! Ix-xitan jahdem fil-mohbi: imma meta jkun kostrett li jikxef il-prezenza tieghu u l-identita’ tieghu, bhal fil-kaz tal-possessjoni, huwa juri l-biza’ tieghu quddiem il-majesta’ ta’ Alla. Ix-xitan jaf b’certezza li, fl-ahhar mill-ahhar, se jigi mirbugh mill-qawwa ta’ Alla u ghalkemm ghall-ewwel jimmanifesta ruhu bhala xi hadd qawwi, fil-verita’ dan il-hsieb iwerwru. Ghalhekk, huwa jaghmel minn kollox biex jikkonvinci l-imhuh ta’ xi whud li l-ezorcizmu huwa xi haga tal-biza’, u ghax hu xi haga tal-biza’ trid tirrikorri ghalih l-inqas possibbli jew ahjar trid tichdu ghal kollox. Ix-xitan jaghmel minn kollox biex jizra’ din il-konvinzjoni zbaljata fl-imhuh ta’ hafna u b’hekk ibieghed lil hafna mill-ezorcista meta jkollhom bzonnu. Dun Gabrijel Amorth, hafna drabi tkellem car dwar il-hsara li rnexxielu jaghmel ix-xitan b’din il-gidba. Hafna nies, li gew imcahhdin mis-sostenn spiritwali minn naha tas-sacerdoti, ihossuhom mhux mifhuma u abbandunati u ghalhekk jispiccaw jiffrekwentaw shahar, ‘fortune tellers’, setet u religjonijiet ohrajn.
L-ezorcizmu jibda’ b’hafna semplicita’. Huwa biss min ghandu injuranza dwar dan il-ministeru, li jimmagina li huwa xi haga tal-biza’, trawmatiku ghal min jircevih u minn jassisti lil persuni waqt it-talb! Anke l-istess vittma tal-possessjoni, wara li jsir it-talb maghha, tohrog aktar trankwilla, thossha kalma, b’qalbha izjed mistrieha, kapaci li taffronta ahjar ix-xoghol taghha ta’ kuljum. Thossha aktar hielsa, inqas oppressa u fuq kollox thoss li qeghda tikber spiritwalment u moralment. Ix-xitan stess, prezenti fil-persuna, aktar ma jhoss li qed joqrob il-jum li fih jigi mirbuh, jokrob biex jithalla fil-paci, jishet il-gurnata li fiha dahal f’dik il-persuna u c-cirkustanzi jew il-persuni li wittewlu t-triq biex jahkem lill-persuna. Izda fl-ahhar, l-ezorcista, flimkien mal-familjari u hbieb tal-vittma, ikollhom il-ferh li jassistu ghall-mument li fih ix-xitan, kompletament mirbugh mill-qawwa t’Alla, ikun kostrett li jhalli lill-persuna.