L-Ezorcista
Fr Franco Fenech

img

L-Ezorcista
Fr Franco Fenech

Is-sacerdot, imma mod specjali s-sacerdot li jezercita l-ministeru ta’ ezorcista, ghandu bzonn jitlob b’mod regolari u frekwenti d-dawl u l-gherf tal-Ispirtu s-Santu. Dan biex ikun jista’ jghin, permezz tad-dixxerniment, lill-persuna mahkuma jew oppressa mix-xitan u jifhem ir-ragunijiet veri tal-hazen li jkun qed jopprimi lill-persuna. Din l-ghajnuna tal-Ispirtu s-Santu zgur li ma tigix michuda lilu ghall-gid tal-persuni li jkollhom bzonn l-intervent Divin ghall-helsien shih taghhom. L-ezorcista, wara kollox, jaf li hu jista’ jikkumbatti max-xitan, mhux bil-qawwa tieghu imma bil-qawwa t’Alla u ghalhekk irid izomm il-harsa tieghu fuq Gesu’ Kristu u jibqa’ maghqud bis-shih mal-Knisja tieghu ghaliex minn Gesu’ Kristu titnissel fil-Knisja l-qawwa biex tezorcizza. Il-Knisja rceviet mandat specifiku minn Gesu’ Kristu biex tezorcizza u ghalhekk il-qawwa taghha biex tkecci x-xjaten tigi mill-awtorita’ spiritwali li ta Gesu’ Kristu nnifsu.

Waqt l-ezorcizmu, huwa Gesu’ Kristu li jkun qed jagixxi, l-ezorcista huwa biss strument li bih Gesu’ Kristu jinqeda. Il-protagonista huwa Gesu’ Kristu! Ghalhekk, ix-xoghol principali tal-ezorcista huwa, li jaghmel spazju fih innifsu ghal Gesu’ Kristu biex ikun jista’ jahdem minghajr tfixkil permezz tieghu. Li tkecci x-xitan mhijiex biss kwistjoni ta’ formuli li wiehed jghid, izda fuq kollox hija kwistjoni ta’ fidi u komunjoni ma’ Gesu’ Kristu. Il-hajja tat-talb, ta’ penitenza u fedelta’ lejn Gesu’ u l-Knisja tieghu, jaghtu l-liberta’ lil Gesu’ biex jahdem, b’mod l-aktar effikaci, permezz tal-ministeru tal-ezorcista. Ladarba huwa veru li dan il-ministeru jixrob il-qawwa tieghu mill-intercessjoni tal-Knisja, allura l-intensita’ tal-effett tieghu tiddependi kemm mid-disposizzjoni ta’ min jircevih imma wkoll mid-disposizzjoni ta’ min jamministrah cioe’ tal-ezorcista.

L-ezorcizmu m’ghandu x’jaqsam xejn mal-magija, propju ghaliex huwa l-hidma ‘bi Kristu u ma Kristu’. Is-sagramenti huma bhall-xmajjar li jaghtuna l-hajja divina. Izda dawn mhumiex il-hidma taghna nfusna. Huwa Gesu’ li jagixxi u ahna naghmlu taghna l-frott taghhom fil-qjies tad-disposizzjoni taghna. Jista’ sacerdot jiccelebra kull jum il-quddiesa u l-liturgija tas-sieghat (dak li nsejhulu ‘brevjar’), izda jekk ma jimpenjax ruhhu biex jikkura l-hajja nterjuri tieghu u jikber fl-ghaqda personali tieghu mal-Mulej, permezz tal-meditazzjoni, adorazzjoni, ruzarju, qrar frekwenti, irtiri spiritwali u ohrajn, il-hajja divina li jkun ircieva mis-sagramenti, ma tistax tikber fih anzi tista’ tigi pparalizzata jew sahanistra mitlufa! Bhalma hija mpossibbli li sacerdot jezercita l-ministeru tieghu b’mod effikaci jekk jittraskura il-mixja personali tieghu spiritwali, izjed u izjed, dan ir-ritmu profond ta’ hajja spiritwali huwa mitlub mill-ezorcista li jrid jikkumbatti wicc imb’wicc max-xitan. Ir-Ritwal Ruman stess, iwiddeb lil ezorcista li l-kliem tal-ezorcizmu irid jinghad b’hafna ‘qawwa ta’ fidi’ (Titulus XII De exorcizandis obsessis a demonio. N.16). Huwa biss, grazzi ghall-impenn ta’ talb, ta’ fidi, ta’ telqa’ f’idejn Alla u fiducja fih, li l-ezorcista jisvolgi l-ministeru tieghu u hekk ihalli lilu nnifsu jkun strument f’idejn Alla biex bih iwassal il-helsien shih lill-persuni tturmentati mill-Hazin.

F’din is-sena ddedikata lis-sacerdot, tajjeb li l-membri kollha tal-Knisja jitolbu ghall-qdusija tas-sacerdoti biex il-Mulej jipprotegina w il-grazzja tas-sagrament li rcevejna nghixuha u nkabbruha ghall-gid tal-gisem mistiku ta’ Kristu li hi l-Knisja.