L-Azzjoni Straordinarja tax-Xitan - Kif Jista Jagixxi ix-Xitan
Fr Franco Fenech
X’nifhmu meta nghidu: ‘Azzjoni Straordinarja tax-xitan?’. Nistghu nghidu li hemm azzjoni straordinarja tax-xitan meta jkun hemm intervent tax-xitan fuq il-materja: oggetti, persuni, annimali. Meta din l-azzjoni tax-xitan tkun fuq postijiet, djar, oggetti, tissejjah ‘infestazzjoni’. Izda meta l-azzjoni tax-xitan tkun fuq il-gisem jew fil-gisem ta’ persuni, allura din tissejjah jew ‘vessazzjoni’ jew ‘ossessjoni’ jew ‘possessjoni’. Meta nigu ghall-prattika, mhux dejjem hu facli li tiddefinixxi d-differenza bejn dawn ghax mhux dejjem tkun daqshekk cara u evidenti. Huwa possibbli li fil-persuna jkollok uhud minn dawn l-azzjonijiet tax-xitan imhalltin flimkien. Meta jkunu hekk, dawn jikkawzaw tbatija u tfixkil, kultant anki gravi, fil-persuna. L-azzjoni tax-xitan fuq il-materja mhix daqshekk komuni anzi hija pjuttost rari u propju ghalhekk li din tigi msejjha ‘straordinarja’. Imma ma nistghux nichdu li din l-azzjoni qeghda tizdied fi zmienna. Dan huwa dovut ghall-fatt li hafna aktar nies illum qed jigu f’kuntatt mad-dinja tal-okkult, spiritizmu u anki satanizmu.
X’jistghu ikunu l-kawzi li jipprovakaw din l-azzjoni straordinarja tax-xitan?
L-azzjoni straordinarja tax-xitan fuq il-persuni hija wahda mill-konsegwenzi li laqtu l-umanita’ wara d-dnub originali. Hija wahda mill-hafna poteri li x-xitan akkwista fuq id-dinja u fuq il-bniedem wara l-ewwel dnub. Hemm tlett modi li bihom ix-xitan jinghata l-possibilta li jagixxi b’dan il-mod:
1. Persuna tista’ tkun tat hi stess il-poter lix-xitan biex jagixxi fuqha
Huma hafna dawk fostna li jahsbu li l-prattika tal-okkult u s-superstizzjonijiet huma irreali. Imma ftit jirrejalizzaw li dawn jistghu jifthu berah il-bibien ta’ hajjitna ghax-xitan ghax jipprovokaw u jaghtu possibilta’ ghall-azzjoni straordinarja tax-xitan! Mill-esperjenza ta’ hafna ezorcisti jirrizulta li hafna mill-kazijiet li jkollna huma frott tal-involviment tal-persuni mad-dinja tal-okkult anki jekk il-persuni mhux dejjem kienu jafu x’qeghdin jaghmlu u ma xhix se jiltaqghu. Ghalhekk biex wiehed jaghmel dixxerniment tajjeb huwa mportanti li josserva jekk certi fenomeni kellhomx il-bidu taghhom wara li l-persuna kienet involuta f’xi tip ta’ prattika okkulta:
- Wara li l-persuna hadet sehem f’xi seduti spiritici jew almenu kienet prezenti waqt li saru.
- Wara li l-persuna frekwentat xi mediums, shahar, fortune tellers jew prattikat il-magija.
- Jekk il-persuna ghamlitx xi uzu minn talismani li tawha s-shahar wara li gew uzati f’xi riti li fihom gew imsejjha l-ispirti.
- Wara li l-persuna prattikat xi teknika ta’ new age jew ftuh tac-chakras.
- Jekk il-persuna frekwentatx xi sessjonijiet ta’ radiestesia (l-uzu tal-pendlu).
- Jekk il-persuna tkunx gabet bhala souvenier xi oggetti li jigu uzati ghall-magija fil-pajjizi Afrikani, fl-Asia u s-South Amerika.
- Jekk il-persuna tkun ippartecipat jew assistiet xi riti tal-voodoo jew makumba jew candomble’.
- Jekk il-persuna tkun taghmel parti minn setta jew assocjazzjoni li fihom isiru riti esoteric jew prattici okkulti.
- Jekk il-persuna tkun taghmel parti minn setta satanika jew hadet sehem f’xi riti satanici bhal patt bid-demm max-xitan, partecipazzjoni fil-quddiesa sewda, partecipazzjoni fir-rit ta’ offerta ta’ annimali jew umani u profanazzjoni tal-Ewkaristija.
- Meta persuna tkun semghet ghal zmien twil muzika b’messaggi li jistiednu ghal adorazzjoni ta’ Satana jew li fihom incitazzjoni ghall-vjolenza, ghall-omicidju jew suwicidju, droga, sess u dak kollu li jmur kontra d-dinjita’ tal-persuna umana.
Dawn il-prattici kollha jaghmlu lil persuna aktar vulnerabbli ghall-azzjoni straordinarja tax-xitan.
2. Meta xi hadd jipprova jaghmel hsara lil haddiehor permezz tal-maghmul
Hija possibbli meta jkun sar maghmul fuq xi hadd meta jkun ghadu fil-guf ta’ ommu jew inkella jkun vittma tal-maghmul matul hajtu. Meta dan isir b’mod ripetut jibda’ jahdem b’mod dejjem aktar qawwi fuq il-persuna.
Hija possibbli meta xi hadd, minghajr ma jkun jaf, ikun imgieghel jiehu sehem f’riti satanici. Perezempju hemm trabi li jigu kkonsagrati lix-xitan waqt il-quddiesa s-sewda jew f’cirkustanzi ohra; hemm ukoll persuni li ghalkemm f’eta’ adulta, spiccaw vittma tal-azzjoni straordinarja tax-xitan ghaliex meta kienu ghadhom zghar gew mehuda f’xi seduta ta’ spiritizmu.
Hija possibbli meta xi hadd ikun vittma tas-sahta ta’ xi persuna ohra fuqu. Meta s-sahta ssir b’mod konxju, b’rieda cara, intenzjoni awtentika, b’hazen u b’mibeghda profonda, specjalment jekk bejn il-persuna u l-vittma hemm rabta tad-demm (genituri jew familjari, ahwa jew qraba, nanniet, zijiet) din taghmel hafna hsara. Kif il-Mulej jiehu gost jaghti l-barka tieghu hekk ix-xitan jiehu gost jitfa’ s-sahta!
Hija possibbli meta xi hadd ikun anke ‘werriet’ ta’ spirtu hazin li kien hakem lil xi hadd mill-antenati tieghu: perezempju meta fl-arblu tar-razza jkun hemm persuni li pprattikaw il-magija jew is-satanizmu jew kienu jiffumaw parti minn gruppi tal-okkult.
3. B’sejha specjali biex il-persuna tkun tista’ toffri t-tbatija taghha lil Alla ghall-gid ta’ persuni ohra
‘Meta Satana jara persuna li qed tghix is-sejha taghha ghall-qdusija jew jiskopri li xi persuna hija msejjha minn Alla biex tilhaq livell gholi ta’ perfezzjoni, u jinduna li permezz ta’ dik il-persuna se jsir hafna gid spiritwali fir-ruh ta’ persuni ohra ghas-salvazzjoni taghhom, ma jistax ma jaghmilx oppozizzjoni feroci u jiddikjara glieda qalila kontra dik il-persuna biex iwaqqaf kemm il-mixja taghha u kemm il-gid li Alla jkun se jwettaq biha’ (G.Jeanguenin, Il diavolo esiste. Edizzjoni San Paolo, Cinisello Balsamo (Mi) 2005, p.43).
Tant hi kbira l-mibeghda li x-xitan ghandu lejn dawk li jipperseveraw fit-triq tal-qdusija li sahansitra, bil-permess specifiku ta’ Alla, jasal ghal infestazzjoni, ossessjoni, vessazzjoni jew f’kazi rari hafna, anki ghall-possessjoni tal-persuna. Dan ma jista’ qatt isir jekk mhux bil-permezz ta’ Alla. Hija haga cara li dawn l-azzjonijiet tax-xitan ma jsirux minhabba xi konsegwenzi li gabu huma stess bl-involviment taghhom fl-okkult, spritizmu jew satanizmu u ghalhekk il-persuna mhix hatja tad-dnub. Imma Alla jinqeda b’din l-azzjoni tax-xitan, kemm biex juri l-qawwa tieghu u r-rebha tieghu fuq ix-xitan u kemm biex il-persuna tkompli tikber fil-perfezzjoni u fil-qdusija. Xi whud, specjalment dawk li offrew ruhhom lil Alla bhala vittmi, jistghu ikunu msejjha minn Alla biex jikkoperaw fl-opra salvifika tieghu permezz tal-offerta tas-sofferenza. U t-tbatija li jkunu ghaddejjin minnha minhabba l-azzjoni straordinarja tax-xitan tkun qed tghinhom biex jilhqu l-iskop taghhom. F’dawn il-kazi, it-talba tal-ezorcizmu, ghalkemm dejjem taghmel il-gid fil-glieda kontra x-xitan, pero’ ma twassalx ghal helsien definittiv.
Il-Possessjoni
Hemm xi whud li jhalltu l-possessjoni mal-iskizofrenija! Dan qed jigri anki minn certi teologi li jinterpretaw il-passi Evangelici li jirrakontaw diversi ezorcismi li ghamel Gesu’ nnifsu, bhala fejqan ta’ persuni li jbatu minn mard psikiku. Imma fil-fatt il-possessjoni mhijiex marda psikika. Forsi nistghu nghidu li l-possessjoni hija bhal ‘sostituzzjoni temporanja’ tal-persuna. Hemm waqtiet li fil-persuna, vittma tal-possessjoni, jidhol id-dominju brutali u vjolenti ta’ spirtu negattiv (jew anke aktar minn wiehed!). Dan l-ispirtu jagixxi gewwa u permezz tal-gisem tal-persuna u jgieghel lill-persuna taghmel jew titkellem kif irid hu minghajr ma l-vittma tista’ tirrezisti. Dan il-fenomenu nistghu insejhulu ‘mument ta’ krizi’. Fil-mument tal-krizi, id-demonju jista’ jimmanifesta ruhhu permezz ta’ tkaghwig tal-gisem tal-persuna, manifestazzjoni ta’ rabja kbira lejn il-persuna posseduta nnifisha jew lejn l-ohrajn, sahha fizika enormi, gharfien ta’ lingwi li l-persuna ma tafx u ma studjatx, gharfien ta’ hwejjeg sigrieti li l-persuna ma kenitx tafhom qabel, u dan kollu flimkien ma stmerrija kbira ghal dak kollu li hu sagru li tesprimi ruhha permezz ta’ dagha, kliem ta’ sahta u oxxen.
Meta l-persuna tkun fil-waqt tal-krizi, hi ma tkunx tista’ taghmel rezistenza imma trid taghmel u tiehu fuqha dak li d-demonju jkun irid. Imma minkejja li f’dak il-waqt il-persuna tkun taht il-hakma tax-xitan, u ghalhekk hafna drabi ma tkunx konxja minn dak li qed jigri, f’certi mumenti tista’ tibqa’ zzomm il-kuxjenza taghha. U din tohloq aktar u aktar sofferenza fil-persuna nnifisha minhabba li filwaqt li ma tkunx trid titkellem jew tagixxi b’dak il-mod, hi ma tkunx tista’ tirrezisti ghax tkun qed tigi uzata mill-ispirtu negattiv. Izda l-mumenti li fihom il-persuna tibqa’ konxja minn dak li jkun ghaddej, jistghu ikunu mumenti opportuni biex hi stess tirrezisti lix-xitan permezz tat-talb flimkien mal-ezorcista. Imma dan mhux kulhadd jirnexxilu. Xi kultant, specjalment f’kazijiet gravi, il-persuna, matul il-waqt tal-krizi, tidhol fi speci ta’ koma u titlef kompletament il-kuxjenza ta’ dak li jkun qed jigri. Jista’ jigri xi kultant li l-persuna, wara xi hin, jew granet, tiftakar dak li jkun gara! Dan jigri billi l-persuna tibda’ tara bhal ‘flashbacks’ ta’ dak li tkun ghaddiet minnu. Din id-differenza bejn persuna u ohra, tigri ghaliex nistghu nghidu li tezisti possessjoni qawwija u ohra li hi inqas qawwija. Matul il-waqt tal-krizi, anki jekk konxja minn dak li jkun qed jigri jew minn dak li tkun qed taghmel, il-persuna ma jkollha l-ebda responsabilta’ ghall-azzjonijiet taghha u ghalhekk mhix hatja ta’ dnub.
Ma dak li semmejt, jistghu jigru hafna u hafna fenomeni ohrajn ta’ kull tip li behsiebni nsemmi fl-artikli li gejjin. Il-persuna posseduta, kwazi dejjem issofri minn vessazzjoni fizika (aggressjoni fizika li tigi mix-xitan: ez: swat u grif) li jigu permezz tal-hidma tax-xitan minn gewwa l-gisem tal-persuna. Jista’ jkun hemm ukoll ossessjoni (kultant ghalkemm ix-xitan, fil-mument tal-krizi, ma jkunx qed jahkem il-mohh u l-volonta’ tal-persuna, imma jirnexxielu jikkomunika fil-mohh taghha hsebijiet jew immagni ossessivi. Hafna drabi dawn ma jkunux jaghmlu sens imma l-pesuna ma jirnexxielix twarrabhom). Imma tajjeb li nzommu f’mohhna li mhux kull min ghandu vessazzjoni jew ossessjoni tax-xitan huwa possedut.