L-Azzjoni Straordinarja tax-Xitan - Id-Dixxerniment II
Fr Franco Fenech

img

L-Azzjoni Straordinarja tax-Xitan - Id-Dixxerniment II
Fr Franco Fenech

F’dan l-artiklu se nkompli nitkellem fuq il-manifestazzjonijiet li wiehed jistenna li jista’ jkollu minn persuna mahkuma mix-xitan, migbura mill-esperjenzi ta’ diversi Ezorcisti.

Dun Gabrijel Amorth, li ilu ghal aktar minn 50 sena ezorcista gewwa Ruma, jirrakkonta li omm ta’ zaghzugh kienet qieghda tkellmu dwar l-imgieba stramba ta’ binha.  F’certi mumenti binha kien jesprimi rabja kbira u ghajjat, jidghi, u mbaghad, wara xi hin jikkalma u lanqas biss jiftakar dak li jkun ghadda minghalih.  Izda l-problema kienet li dan binha ma kienx jitlob u ma kien qatt se jaccetta li jmur ghand xi sacerdot biex jitlob mieghu. Darba wahda, waqt li binha kien fil-garaxx tieghu, ghax kien jahdem bhala mekkanik, din l-omm hadet xi hwejjeg minn tieghu u marret ghand sacerdot biex jaghmel talba fuqhom u jroxxhom bl-ilma mbierek. Hekk kif gie lura mix-xoghol, it-tifel inhasel u libes dawk il-hwejjeg.  Imma wara xi hin, hassu skomdu u qabad u libes il-hwejjeg mahmugin tax-xoghol minghajr ma qal xejn.  Minn dak in-nhar, huwa qatt ma rega’ libes dawk il-hwejjeg u lanqas biss riedhom fil-gwardarobba tieghu.  Dan il-fatt wera aktar bic-car il-bzonn li dan il-guvni jigi sottomess ghall-ezorcismi.

Il-persuna jista’ jkollha rejazzjonijiet vjolenti hafna ta’ aggressivita’ anki meta fil-fatt dak ma jkunx il-karattru taghha.  Dan jigri mod specjali meta xi hadd jitlob maghha jew iberikha. Il-persuna tista’ tkisser, tidghi u twaddab oggetti lejn min ikun prezenti.  Dan kollu jista’ jigri anki jekk fil-fatt it-talb ma jinghadx verbalment imma biss mentalment.  Hafna drabi jigri li meta l-persuna tigi ghan-normal ma tiftakarx izjed dak li jkun gara.

In-normi tat-Titulus XII De exorcizandis obsessis a demonio tar-Ritwal Ruman, ihallu miftuhha l-possibilita’ ta’ manifestazzjonijiet ohra barra dawk imsemmija.  Huwa jghid: ‘u fenomeni ohrajn ta’ dan it-tip li aktar ma jkunu numeruzi, aktar jaghtuna hjiel car ta’ l-azzjoni straordinarja tax-xitan’(n.3). Ghalhekk f’dan l-artiklu se nibda’ naghti xi ezempji ta’ fenomeni li sehhew waqt l-ezorcizmu u f’mumenti ta’ krizi li minnhom jghaddu l-persuni mahkuma mix-xitan, migbura mill-esperjenza ta’ diversi Ezorcisti tul is-snin:

  • Il-persuna tista’ taqa’ fi speci ta’ raqda profonda u minnha tibda’ tohrog certa rabja jew qilla filwaqt li l-wicc jibda’ jitlef in-naturalezza tieghu.

  • L-ghajnejn jidhru homor nar jew kontinwament miftuha minghajr qatt ma jteptpu. Kultant anki jidhru kompletament bojod minghajr il-habba tal-ghajn.

  • Tinbidel il-hxuna u t-tonalita’ tal-vuci.

  • Permezz tal-gesti tal-idejn u tas-swaba, il-persuna taghmel sinjali li jintuzaw mis-shahar jew minn gruppi ezoterici u okkulti. Tista’ tisfida lil dawk prezenti permezz tal-ponnijiet maghqudin.

  • Jekk dawn is-sinjali jsehhu waqt l-ezorcismu, il-persuna tinsulenta u tipprova tahbat ghall-ezorcista jew ghal xi hadd minn  dawk prezenti.

  • Kultant ma dawn il-manifestazzjonijiet ikun hemm ukoll remettar jew raghwa mill-halq.

  • Il-persuna jista’ jkollha wkoll, ghal xi waqtiet, deformazzjoni ta’ membri tal-gisem bhal: jitwalu l-idejn jew ir-riglejn jew is-swaba.

  • Il-persuna taghmel gesti u hsejjes jixbhu lil tal-annimali: inbieh bhal klieb, ghajjat bhal-lupu, qbiz bhal qtates, giri fuq l-idejn u s-saqajn, tkaxkir bhas-sriep u ohrajn.

  • Tista’ tirremetti oggetti bhal-labar, imsiemer, bicciet ta’ ktajjen, gebel, troffi ta’ xahar, bicciet ta’ drapp, holoq u oggetti ohra varji.  Dawn ikunu l-oggetti li fuqhom ikun sar il-maghmul. Hafna drabi johorgu mill-halq imma dan ma jfissirx li fil-fatt ikunu fl-istonku tal-persuna imma dawn jigu materjalizzati fil-mument li johorgu mill-halq.  Ghalhekk il-persuna ma tigrilix hsara fizika.  Meta jsehh dan ikun ifisser li l-persuna qed taghmel passi ‘il quddiem lejn il-helsien shih taghha. 

Il-persuna jista’ jkollha gieba stramba w’inspjegabbli li meta jghaddi l-mument ta’ krizi ma tiftakar xejn minnha.  Perezempju:

  • Il-persuna thossha mbuttata minn forza qawwija biex tibda’ tizfen ghall-hin twil sakemm tispicca sfinita. Dan il-fenomenu huwa komuni hafna fejn tidhol il-possessjoni permezz ta’ riti magici-spiritici li jigu prattikati specjalment fl-Afrika u fl-Amerika latina.

  • Il-persuna tibda’ ddoqq b’mod professjonali xi strument li qatt ma tkun tghallmet qabel. Fl-1920, mara posseduta mix-xitan, f’hinijiet partikolari tal-gurnata, il-gisem taghha kien jigi mahkum minn qawwa barranija u hija kienet tizfen ghal sieghat shah sakemm fl-ahhar taqa’ fl-art ghajjiena mejta u bla sahha.  Fl-istess waqt hija kienet tkanta bicciet minn opri li  qatt ma tkun semghet qabel u taghmel tahdidiet twal b’lingwi li qatt ma tghallmet.  Il-mara rceviet l-ezorcismi fil-kunvent ta’ Santa Marija di Campagna fi Piacenza minn Patri Pier Paolo Veronesi bil-permess moghti mill-Isqof tieghu Mons. Pellizzari.
  • Il-persuna tista’ tiehu pozizzjonijiet l-aktar strambi u xukkanti bhal timxi fuq idejha u saqajha imma zaqqa ‘il fuq.

  • Xi whud jinqatghu mill-art, u mbaghad jergghu jinzlu minghajr hadd ma jmisshom. Ohrajn mhux biss inqatghu mill-art imma gew trasportati distanzi twal u mehuda ‘il boghod mill-Ezorcista. Wiehed Ezorcista jirrakkonta li certu kappillan ta’ parrocca kien baghatu biex ibierek dar.  Fost il-membri tal-familja kien hemm tifel li kellu madwar 11-il sena.  Ta’ dik l-eta’, dan it-tifel kien diga gie mehud diversi drabi ghand sacerdot Ezorcista.  Filwaqt li kien qed ibierek l-ilma, it-tifel, li sa ftit qabel kien bilqieghda kalm fuq pultruna, beda jghajjat.  Huwa dahal fi speci ta’ raqda fonda sakemm fl-ahhar izzerzaq lejn l-art. Izda l-gisem tieghu baqa’ merfugh xi 5 centimetri mill-art u beda jitkaghweg qisu serp quddiem ghajnejn il-genituri tieghu, miblughin b’dak li kien qed jaraw isehh.
  • Kultant il-persuna posseduta, aktar ma toqrob il-gurnata li tmur tiltaqa’ mal-Ezorcista, aktar thossha ma tiflahx u thossha nervuza u bla sabar anki jekk lilha ma jkunux qalulha li sar appuntament mal-Ezorcista. Hija ‘tiggenera’ kull tip ta’ skuza biex ma tmurx ghand l-Ezorcista bhall-mard fiziku.  Jekk il-persuna ma jkollhix min jobbligaha li tmur ghal-laqgha, hija tispicca ma tmurx.  Huwa tentattiv li x-xitan jaghmel biex iwaqqaf lill-persuna milli tircievi l-ezorcismi. Minn naha l-ohra, meta l-persuna jirnexxielha tmur ghand l-Ezorcista, tibda’ thoss l-ugieh u r-rabja dejjem jizdiedu sakemm jilhqu l-quccata taghhom fil-waqt li s-sacerdot jibda’ 

  • Kultant il-persuna jkollha holm li fih tara lil Gesu’ jew lill-Madonna jew xi hadd mill-Qaddisin qeghdin jehilsuha mill-hakma tax-xitan. B’dan il-holm ix-xitan igieghel lill-persuna tahseb li hija mehlusa u ghalhekk ma tmurx ghand l-Ezorcista.

  • Xi kultant, ix-xitan jaghmel tabirruhu li huwa hareg mill-gisem tal-persuna u hija, ghal xi zmien, ma thossx aktar is-sintomi tal-possessjoni li kienet thoss qabel. B’hekk ukoll iwaqqaf lill-persuna milli tmur ghand l-Ezorcista.