L-Angli F’San Tumas T’Aquino
Fr Ugo Cremona
Il-Moviment “New Age”
Min ftit snin ‘l hawn beda jinfirex moviment gdid li jissejjah “New Age”. Mad-dinja kollha llum tisma’ li hemm bzonn tinholoq “kuxjenza gdida” (a new consciousness) f’kull bniedem, minhabba li l-Kristjanizmu ghadda zmienu, u issa hemm bzonn ta’ religjozita’ gdida. Dan hu movement li jkaxkrek mieghu minghajr ma lanqas biss tinduna! Sfortunatament, il-Knisja jidher li ghadha ma ndunatx bizzejjed il-hsara li diga qed jikkawza kullimkien. Dan hu ri-inkarnazzjoni tal-erezija li ghamlet herba fl-ewwel zminijiet tal-Knisja, imsejjha gnosticizmu. Wara kollox, ma hawn xejn li hu ghal kollox gdid fid-dinja! Il-Moviment jahdem fuq figuri li kulhadd imdorri bihom, bhal figura ta’ Kristu stess. Imma dan Kristu li jitkellmu fuqu hu l-istess Kristu li jemmen fih in-Nisrani - l-Iben t’Alla haj maghmul bniedem, jew hlieqa taghhom mehuda l-aktar mill-mitologija? U fuq kollox x’hemm jew min hemm wara dan il-moviment?
L-Angli - figuri li jissemmew hafna fin-New Age
L-angli huma figuri li jissemmew hafna fin-New Age Movement, g]aliex bhala moviment ihajjar il-bniedem jidhol f’kuntatt mad-dinja spiritwali bl-iskop li jkollu aktar gharfien tal-univers u jasal biex isir wkoll divin. L-angli jispikkaw hafna fit-teoriji tan-New Age. Imma l-angli kif iharsu lejhom dawn in-nies huma l-angli tas-sema li nafu ahna? Zgur li le, ghaliex dawn jikkunsidrawhom bhala “Masters” jew “Guides”, u l-komunikazzjoni ma’ din il-kwalita’ ta’ “angli” hija perikuluza u tista’ twassal ghal hafna inkwiet kemm psikologiku kif ukoll spiritwali. Mill-effetti li qed i]allu komunikazzjonijiet bhal dawn jidher car li huma l-ispirti hziena li qed iwiegbu, u l-influss tag]hom fuq il-persuna huwa influss hazin bl-iskop li jqarrqu bil-bniedem, iwassluh biex jaghmel stragi minn hajtu, u wkoll biex jitbieghed minn Alla.
Kif jahsibha San Tumas fuq l-angli tas-sema?
San Tumas t’Aquino jag]tina stampa dettaljata bizzejjed fuq l-angli, u ma tistax ma tammirax l-logika tieg]u kif ukoll kif jirnexxilu jkun tant profound u fl-istess hin tant car fl-esposizzjoni tieghu. Jekk nimxu fuq it-taghlim ta’ San Tumas, kif fil-fatt taghmel il-Knisja, ma ninqabdux facilment la minn “New Age” u lanqas min ebda movement iehor. Naghtu harsa hafifa lejn l-istudju tieghu.
L-Angli tassew jezistu?
L-Iskrittura Mqaddsa ssemmi li s-Saducej ta’ zmien Gesu’ ma kinux jemmnu li l-angli jezistu, minhabba li ghalihom, kif kienu ja]sbu l-filosfi antiki, jezisti biss dak li jaqgha taht is-sensi. Izda ghal-kuntrarju, San Tumas jargumenta li minhabba l-perfezzjoni tal-univers, kien xieraq li Alla jahlaq kreaturi li jippossedu intellett u rieda, imma differenti minnha l-bnedmin li ghandna gisem materjali. Ghalhekk fil-gerarkija tal-holqien, l-angli jigu wara Alla u qabel il-bniedem.
Il-Bniedem jista’ jkun jaf x’inhu l-Anglu?
Ladarba dawn mahluqin bla gisem materjali, l-angli huma mmaterjali, u bl-ebda mod ma ma jista’ jkollhom dependenza fuq il-materja. Infatti l-attivita’ taghhom hija purament intellettwali. Ahna l-bnedmin min naha taghna ma nistghu qatt naghrfu l-anglu kif inhu fih innifsu, l-istess kif qatt ma nistghu naslu biex ngharfu lil Alla kif inhu fih innifsu. Infatti biex ikollna hjiel ta’ minhu u x’inhu l-anglu, bil-qawwa ta’ mohhna l-ewwel nikkunsidrawh bhalliku kien materjali, qisna nlibbsuh il-materjalita’, imbaghad, wara process bl-istess mohh, nergghu innezzawh mill-materjalita’ u hekk ikollna hjiel ckejken tan-natura tieghu.
Hemm aktar minn speci wahda ta’ angli?
San Tumas ma jaqbilx ma dawk li jghidu li kull hlieqa spiritwali hija ta’ l-istess speci bhal shaba fl-istess kategorija. Ir-raguni li jaghti hija li dan jista’ jigri biss fejn issib l-materja u l-forma, bhal fina l-bnedmin - li lkoll nappartieni g]al speci wahda. I\da, fil-kas ta’ l-anglu, li fih ma hemmx materja, dan ma nistghux nghiduh. L-anglu, infatti, huwa sustanza spiritwali wahedha. G]alhekk jikkonkludi li ma jistax ikun hemm anglu b]al l-ie]or.
L-Anglu jista’ jispicca?
It-twegiba tieghu hija bhal ta Dionisju (De Divinis Nominibus iv) li kull sustanza intellettwali ma tistax tigi nieqsa, minhabba li ma tistax tkun affettwata minn korruzzjoni u mill-mewt.. Hlieqa tintlaqat mill-korruzzjoni (jigifieri tieqaf tezisti) fil-kas biss meta il-“forma” taghha tigi separata mill-“materja”. L-anglu minn na]a tieghu m’ghandux materja, mela dan qatt ma jista’ jigri fejn jidhol l-anglu. Naghtu ezempju halli wiehed jifhem dan li qed jghid San Tumas. Niehdu bicca karta. Bil-filosofija nirragunaw li il-karta, bhal kull haga materjali li tezisti ghandha “materja” li f’dan il-kaz ghandha il-“forma” ta’ karta, jigifieri dak l-att li qed tiddeterminha bhala karta u mhux xi haga ohra (infatti il-karta m’hijiex injama). X’jigri, perezempju, meta il-karta nahraqha? Issir irmed. A]na stess nghidu: kienet karta u issa saret irmied. Mela xi haga telqet u dahlet ohra flokha ghax l-irmed ma giex mix-xejn. Min hawn nikkonkludu li hemm xi haga (li ma narawhiex b’ghajnejna) komuni ghal karta u l-irmied. Din insejhula “materja prima”. Li nbidlet hija l-“forma” (hawnhekk mhux qed nirriferu ghax-“shape”, kulur, ecc. - ghax dawn huma biss accidenti, imma ghal dik ix-xi haga li l-karta taghmilha karta u mhux injama, li nsejhula “forma sustanzjali”). Il-karta,mela, jew a]jar il-“forma” tal-karta spiccat, u il-“materja” issa ghandha “forma” gdida ta’ rmied.
Issa skond San Tumas, l-anglu ma jistax jispicca, ghaliex hu jsostni li tista’ biss issir bidla fin-natura meta hemm hlieqa materjali (li dejjem tikkonsisti mill-“materja” u “forma”), izda meta hemm biss “forma”, bhal fil-kas ta’ l-anglu (li kif nafu m’ghandux materja - huwa sustanza spiritwali), ma tista’ ssir l-ebda bidla fin-natura tieghu. Ghalhekk l-angli huma inkorruttibbli min]abba li huma mmaterjali (l-anglu min-natura tieghu huwa mmaterjali).
San Tumas jistaqsi jekk l-angli jistghux jassumu gisem ta’ bniedem minhabba li fl-Iskrittura niltaqghu ma sitwazzjonijiet fejn bnedmin bhalna raw anglu taht forma ta’ bniedem. Din hija biss vizzjoni mmaginarja jew realta’? Jigifieri jkun tassew l-anglu, imma mlibbes il-gisem tal-bniedem? It-twegiba tieghu hija li din ma tkunx biss vizzjoni immagginata min-naha ta’ min jaraha, imma jkun tassew l-anglu li qed jikkomunika mal-bniedem. L-anglu, izda, meta jikkomunika mal-bnedmin, dejjem jaghmel dan bhala messaggier ta’ Alla, u hu Alla l-imbierek li jippermetti li l-bniedem jarah ta]t forma ta’ bniedem. Inzid ukoll li l-effett li jhalli hu dejjem tajjeb. Ghalhekk, minn dan nikkunkludu li meta xi hadd jg]id li ra anglu taht xi forma umana u l-konsegwenzi kienu ta’ tfixkil jew tahwid, dan igaghlna nissuspettaw li zgur ma kienx anglu mis-sema. U jekk ma tkunx biss l-immaginazzjoni, li ]afna drabi tilghab hafna bina, jew tahwid tal-mohh, dan jista’ jkun biss spirtu hazin.
Kif jifhem l-anglu?
Il-bniedem maghmul minn [isem u ru], jew ahjar minn gisem animat mir-ruh, hu mzejjen b’intellett (kapacita’ jew qawwa li biha jista’ jirraguna u jasal f’konkluzzjonijiet.). Biex il-bniedem jasal li jifhem, jibda mis-sensi li necessarjament huma marbutin mal-gisem. Infatti, il-principju li jimxi fuqu San Tumas huwa li “m’hemm xejn fl-intellett li qabel ma jkunx fis-sensi. Imma dan japplika biss ghal kas tag]na l-bnedmin. L-anglu, li wkoll g]andu intellett (i.e. il-kapacita’ li jifhem), ma jiddependi bl-ebda mod mis-sensi biex jifhem, u fuq kollox m’ghandux bzonn process biex jifhem. L-intellett tieghu hu intuwittiv. Ma jfissirx li jifhem kollox b’mod infinit bhal Alla, ghaliex l-anglu huwa finit min-natura tieg]u, u ghalhekk jiddependi minn kemm Alla jiftahlu l-vizzjoni tieg]u. Perezempju, meta San Tumas jittratta l-kwistjoni fuq jekk l-angli jafux x’se jigri fil-gejjieni, fis-Summa Teologika q. 75, art 3, jghid li bhal ma kull bniedem jaf li x-xemx ghada se titla’ u jista’ jhabbar dan b’certa sigurta’, u wkoll, kif it-tabib ikollu hjiel ta’ x’se jigri mill-pazjent mis-sintomi li jara, u kultant ikun cert u jaqta’ tajjeb, hekk ukoll l-anglu, forsi aktar mit-tabib, ghandu intuwizzjoni qawwija ghax jara l-kawzi b’mod aktar car mill-bnedmin, imma min naha l-ohra, l-anglu m’ghandux il-kapacita’, li hi ta’ Alla biss, li jara kollox f’]arsa wahda fl-eternita’ tieghu.
Ghad-domanda jekk l-anglu ghandux il-qawwa li jaqra l-mohh u r-rieda tal-bnedmin, San Tumas iwiegeb li Alla biss ghandu il-kapacita’ li jaqra fil-mohh u fil-qalb direttament, imma bhal ma ahna l-bnedmin kultant nindunaw xi jkollu f’mohhu haddie]or u nipprevedu xi jrid, wisq aktar l-angli u wkoll id-demonji (l-angli hziena) jindunaw bl-inqas moviment jew caqliqa taghna, minhabba li huma aktar sottili minnha l-bnedmin, u hekk, indirettament, jaslu wkoll biex kultant ikun jafu dwar il-gejjieni taghna.
L-Anglu ghandu volonta’?
Hafna jsibuha difficli jaccettaw li xi angli dinbu u, b’effett t’hekk, tilfu posthom hdejn Alla. Id-diffikulta’ aktarx tinholoq minhabba li ma jkollomx tag]rif bizzejjed fuq in-natura ta’ l-anglu. L-anglu ghandu mhux biss intellett, li permezz tieghu jaghraf il-verita’, (u f’il-kas taghhom, l-angli kellhom car quddiemhom il-Verita’ li hu Alla) imma wkoll volonta’ li min-natura taghha hija tingibed mit-tjubija. U hawnhekk setgha jkun hemm resistenza f’dak l-uniku kaz meta Alla l-imbierek tahom l-opportunita’ li jikkonfermaw bir-rieda taghhom il-pusizzjoni li kellhom vis-a-vis Alla l-imbierek. Xi whud abbuzaw min din il-liberta’ u waqfu lill-Alla. Minhabba dan l-att tag]hom, posthom ma setghax ikun izjed fejn Alla. It-teologi moderni jkomplu fuq it-taghlim ta’ San Tumas, u jghidu li Alla g]amlilhom pjacir meta warrabhom mis-sema, g]aliex aktar ma jkunu vicin tieg]u aktar ihossu t-tbatija li gabu fuqhom minhabba li d-dnub taghhom. Dan huwa l-infern tag]hom ghal dejjem. Tajjeb niftakru li dawn ma zbaljawx bhal ma nizbaljaw ahna l-bnedmin minhabba li lil Alla ma narawhx car, (narawh biss fid-dawl tal-fidi) imma huma kienu jaghrawh car quddiemhom u jafuh tajjeb. Hadu puzizzjoni li ma jistghux johorgu minnha u l-anqas iridu dan.
Hafna jistaqsu, imma ladarba l-angli ghandhom l-liberta’ (ghax kull min ghandu l-volonta’ ghandu wkoll il-liberta’), ghaliex gew ikkastigati ghal-eternita’ dawk li li rrifjutaw lil Alla? Ma kienux liberi li jaghzlu?. L-ideja zbaljata ta’ hafna llum hija li ghax ghandek il-liberta’ tista’ taghmel li trid jew li jfettillek. Hawnhekk irridu nzommu quddiem ghajnejna t-taghlim sabieh ta’ San Tumas, li l-liberta’ m’hix moghtija lilna u lill-angli biex nistghu naghzlu bejn it-tajjeb u l-hazin. Infatti, ahna l-bnedmin ghandha biss id-dritt tal-ghazla jew bejn haga tajba u ohra tajba wkoll (nista’ naghzel bejn laringa jew tuffieha) jew jekk haga naghmilix jew le (nista’ naghzel li mmur jew ma mmurx fit-tali post). Meta naghzlu li naghmlu l-hazin inkunu qed nabbuzaw mid-dritt ta l-ghazla, ghaliex ahna, skond in-natura taghna mahluqin u ndirizzati lejn it-tajjeb. Id-demonju, bhalna, min-natura tieghu mahluq u ndirizzat lejn it-tajjeb. U hu, ma ninsewx, meta kien fis-sema kien jara ‘l Alla b’mod car (mhux biss bid-dawl tal-fidi bhalna), u fuq kollox kien jaf fic-cert li f’Alla biss hemm t-tjubija kollha. Ghalhekk meta xi angli rrifjutaw din id-direzzjoni kienu qed jirrifjutaw lill-istess Hallieq tag]hom li ghamilhom u kienu qed jirrifjutaw l-im]abba ta’ Alla li kien ixerred fuqhom, kif ukoll, u wisq aktar hazin, kienu qeg]din jirrifjutaw il-grazzja tieghu. Hadd ma jista jiskuzhom minhabba li ma rragunawx tajjeb, (hadu zball, ghamlu gudizzju hazin) ghax l-intellett taghhom kien carissmu. Kienu jafu ezattament x’qed jaghmlu. Dan zgur mhux dnub ta’ dghufija biss. Skond San Tumas, id-dnub ta’ l-anglu jista’ jkun biss dnub ta’ suppervja u ghira.
L-Angli it-Tajba jistg]u jaqg]u f’xi dnub?
Dan l-ahhar qed jidhru films fuq it-T.V. li juru angli (libsin il-libsa umana) li jg]ixu fid-dinja biex jghinu lill-bnedmin. Ma nafx it-tfal u ma niskantax ukoll il-kbar, x’impressjoni qed jiehdu, minhabba li dawn murija li g]andhom sentimenti u emozzjonijiet bhalna l-bnedmin umani, u wkoll jizbaljaw kemm il-darba b]alna l-bnedmin l-ohra. Interessanti li San Tumas, li zgur ma kienx jaf b’dawn il-films seba’ mitt sena ilu, jaghmel id-domanda jekk l-angli bbejatifikati (i.e. l-angli t-tajba) jistghux jidinbu. Hu jwiegeb li ma jistg]ux jidinbu, u r-raguni li jaghti hija li l-beatitudni tikkonsisti filli tara lill-Alla kif inhu. Alla min-natura tieg]u hu tjubija nfinita u huma tant huma mi[budin mit-tjubija tieghu li xejn minn dak li hu kuntrarju ma jista’ jigbidhom lejh.
F’xi films min dawn, l-angli pprezentati bhala kreaturi li permezz tal-opri tajba li jag]mlu jigu ppremjati. San Tumas jikkonsidra dan ukoll, infatti jwiegeb li l-anglu ma jistax “jimmerita” mill-opri tajba, u l-anqas ghandu ghalfejn jaspira biex jitla’ aktar ‘l fuq, ghax ga ghandu l-beatitudni, la]aq il-quccata! Biss, il-ferh tieg]u jista’ jikber meta permezz tal-ministeru tieghu isir il-gid li jolqot is-salvazzjoni tal-bniedem. U jikkwota lill-San Luqa, kap. 15, vers 10, fejn il-Mulej jghid: “U nghidilkom jien li l-istess ferh ikun hemm fost l-angli ta’ Alla ghal midneb wiehed li jindem”. Imma l-ferh huwa xi haga accidentali ghalihom u mhux gej ghax l-anglu akkwista l-mertu minhabba l-opri tajba li jaghmel.
It-taghlim, l-aqwa arma f’idejn il-Kattolici.
Huwa biss it-tag]lim sod u l-interess taghna fit-taghlim li jag]tina l-arma qawwija li ghandna bzonn f’idejna biex ma ninqabdux minn idejat strambi u wkoll bla sens, kif ukoll biex ma n]allux issir hsara fl-imhuh tan-nies. Hija haga tajba li qamet kuxjenza fostna li ma nhallux issir hsara fl-ambjent ta’ madwarna. Imma kemm g]andna bzonn ukoll inqajmu kuxjenza biex ma ssirx ]sara fl-imhuh!