Jista Satanista Jikkonverti Lejn Alla?
Fr Franco Fenech

img

Jista Satanista Jikkonverti Lejn Alla?
Fr Franco Fenech

Mill-esperjenza zghira tieghi bhala ezorcista nista’ nghid li l-persuni li jkunu fis-satanizmu ikollhom fihom vojt kbir li jtihom nuqqas ta’ paci u ma jhallihomx kwieti. Fihom tikber dejjem izjed ir-rabja, is-solitudni u d-disperazzjoni. Dawn ikomplu jwassluhom ghall-hajja aktar perversa li ghall-mument tissodisfa r-rabja tieghom u l-ghatx taghhom ghal ‘paci’. Hemm uhud minnhom li sahansitra jersqu biex jircievu s-sagramenti tal-Knisja b’mod sagrilegu u mhux preparati halli b’hekk ikabbru l-hazen ta’ go fihom, billi jidhru tajbin quddiem in-nies imma fl-istess hin jipprofanaw u jwegghu il-qalb t’Alla l-imbierek. Aktar ma jghaddi z-zmien, ix-xitan ma jibqax ihalli lil min juzah, imma jibda’ juri aktar fil-verita’ min hu. Jekk qabel kien jipprova jidher sabih mal-persuni biex jigbidhom lejh u jaffaxxinahom bil-‘qawwa’ tieghu, issa jasal f’punt li juri l-karatteristici veri tieghu. Biex iwerwer lil vittma tieghu, issa jibda jidher that diversi forom tal-biza’, anki fis-sura t’annimali.

Issa jkun wasal il-waqt li jsir il-hakkiem, il-padrun assolut ta’ dawk il-persuni. Hu igib ruhu bhal iljun mans, li jidher kalm u kwiet biex haddiehor jammirah u jaghmel kuragg biex jersaq lejh kwazi biex imellsu imma bl-iskop li kif jaghmel dan jigi mahkum minn difrejh. Il-persuna satanista issa tibda’ tiskopi li llum hija hafna differenti minn dak li kienet ghax fiha saret bidla kbira. Kwazi thoss li nbidlet in-natura propja taghha. Tibda’ thossha bhala ministru u ‘missjunarju’ tal-hazen u thoss li tista’ ssib serhan BISS meta taghmel il-hazen u l-hsara lil haddiehor u ggieghel lil min jaghmel l-istess. Ghas-satanista, Satana jsir xi haga disgustanti, li tqazzek, timbuttak, vjolenti u tal-biza’ imma fl-istess hin ma jistax ma jobdihx. Jibda’ jhossu diga kkundannat, qed jghix fl-infern, mhux ghax Alla ma jahfirlux jekk idur lejh imma ghaliex hu stess ma jirnexxielux jissobbih minn dak li jkun qed jaghmel. L-unika xewqa li hu jkollu hija li jahrab il-konsegwenzi tal-ghazla li jkun ghamel. Imma fl-istess hin ikollu biza’ kbir minn dak li x-xitan jista’ jaghmillu jekk jipprova jitbieghed mnnu, kemm f’din il-hajja u aktar u aktar fit-telfien ta’ dejjem. Jibda’ jibza’ aktar mix-xitan milli minn Alla u ghalhekk ikollu jobdi lix-xitan fil-pront u b’ghajnejh maghluqa. L-iskop ta’ hajtu jsir biss li jghix iz-zmien li jkun fadallu f’din il-hajja b’mod sfrenat. Tikber fih id-disperazzjoni. Jekk hu ikun ghamel uzu mill-‘poteri’ ta’ Satana, u jiddeciedi li johrog mill-prattika okkulta u jdur lejn Alla, zgur li jkollu jsofri ir-rejazzjoni vjolenta tax-xitan. Ix-xitan bhal jghidlu: ‘inti fittixtni, inti ridtni: meta ridt inqdejt bil-poteri tieghi u issa se titlaq? Jien ma nhallikx. Inti tieghi’.

Kull meta l-ex satanista jipprova jitlob, satana jipprova jwaqqfu billi jisvoga r-rabja tieghu fuqu. Jipprova jghejjih psikologikament, fizikament, jdghajjef ir-rieda tieghu u jikkawza ugieh f’gismu. Fil-fatt kien hemm kazijiet fejn xi persuni spiccaw bi ksur, naqashom id-dawl t’ghajnejhom, naqsithom ir-rieda, jew tilfu l-memorja. Il-persuna trid tlesti ruhha ghal glieda harxa imma li fiha il-persuna mhux se tkun nieqsa mill-ghajnuna t’Alla li tohorgu rebbieh zgur!