Ix-Xitan Jista' Jaghmel Mirakli?
Fr Franco Fenech

img

Ix-Xitan Jista' Jaghmel Mirakli?
Fr Franco Fenech

Tajjeb inzommu f’mohhna li x-xitan u shabu huma krejaturi, jigifieri mahluqin minn Alla (kienu mahluqa bhala angli tajbin imma mbaghad, b’ghazla libera taghhom, saru hziena). Mela propju ghax huma krejaturi, mahluqa, huma limitati , kemm fin-natura taghhom u kemm fl-operat taghhom, cioe’, f’dak li jistghu jaghmlu. Ghalhekk ix-xjaten ma jistghux jaghmlu mirakli
.
Il-miraklu huwa fatt sopranaturali li Alla biss jista’ jwettaq, ghax Alla biss huwa onnipotenti. Alla jista’ jwettaq il-miraklu jew direttament jew permezz tal-medjazzjoni materna tal-Madonna, jew tal-angli jew tal-qaddisin.

Meta ix-Xitan jidher li jkun qed iwettaq miraklu, dan ma jidholx fil-kamp sopranaturali imma f’dak li t-teologia ssejjahlu preternaturali ( kelma gejja mil-Latin: ‘praeter’ li tfisser ‘tmur lil hinn minn’). Fil-fatt ix-Xitan jista’ jaghmel hwejjeg li jmorru lil hinn minn dak li hu possibbli umanament imma ma jfissirx li dawn huma mirakli. Il-miraklu hu xi haga li n-natura qatt ma tista’ twettaq bil-hila taghha ghax il-miraklu huwa fatt li jissupera il-ligi tan-natura, fis-sens li hu xi haga totalment impossibbli ghan-natura, hu fatt li ma tistax tispjegah bix-xjenza umana ghalkemm ma jikkontradixxix ir-raguni taghna. San Tumas jghid li hemm tlett tipi ta’ mirakli:

  • Alla jista’ jwettaq mirakli li n-natura qatt ma tista’ taghmel: ezempju, li x-xemx tieqaf ghal hin twil f’post wiehed, jew tidher ticcaqlaq, tigi qrib, titbieghed u tibdel il-kuluri kif gara gewwa Fatima f’Ottubru tal-1917.
  • Imbaghad jista’ jwettaq mirakli li tista’ taghmilhom ukoll in-natura imma mhux fl-istess ordni: ezempju, hija opra tan- natura li annimal jghix, imma n-natura m’ghandix il-qawwa li taghtih il-hajja wara l-mewt. Hija xi haga tan-natura li bniedem jara imma n-natura ma ghandix il-qawwa li ggibu jara wara li jaghma.
  • Imbaghad hemm mirakli li fihom Alla jwettaq dak li n-natura tista’ taghmel, imma li Hu jaghmilhom minghajr ma jinqeda bl-elementi tan-natura: ezempju, il-fejqan mid-deni jew mill-mard.

Ix-Xitan, ghax ghandu kapacita’ li tissupera dik taghna, jista’ jwettaq fenomeni li f’ghajnejna jidhru mirakolusi imma fir-realta’ mhumiex ghax dawn dejjem isiru b’qawwiet u b’mezzi naturali u qatt ma jistghu jaghmlu dak li Alla biss jista’ jwettaq fl-onnipotenza tieghu. Biex jinganna lill-bniedem, iwettaq hwejjeg spettakolari u sorprendenti imma li fir-rejalta’ huma biss ‘tricks’ li bihom jipprova jaghmina u jimpressjonana. Propju ghax dawn m’humiex soprannaturali, permezz , tat-talb, is-sagramenti u hajja maghquda ma’ Kristu ahna nistghu nikxfu l-ingann taghhom u nirbhuhom.