Ir-Ritwal Ruman
Fr Franco Fenech

img

Ir-Ritwal Ruman
Fr Franco Fenech

Ir-Ritwal Ruman jaghti fakulta’ lill-Ezorcista li jobbliga lix-xitan taht ubbidjenza biex jirrispondi xi domandi li jghinu biex il-persuna tkun tista’ tinheles. L-Ezorcista jista’ jistaqsi l-isem tal-ispirtu jew spirti li hakmu lill-persuna, meta dahlu fil-persuna u l-kawza li ghaliha ppossedew lil persuna u ohrajn simili (De exorcizandis obsessis a demonio n.15).  Ir-Ritwal jaghti wkoll il-fakulta’ lill-Ezorcista li jistaqsi dwar jekk il-possessjoni sehhitx minhabba li saret xi magija minn jew kontra dik il-persuna, jew minhabba maghmul jew partecipazzjoni f’riti satanici jew ohrajn. F’kaz ta’ maghmul, l-Ezorcista jikkmanda lix-xitan biex jghid jekk il-persuna kieletx xi haga mishuta.  Jekk ikun il-kaz, l-Ezorcista jikkmandah biex jivvomitaha.  Jekk il-kawza tkun minhabba affarijiet li huma esterni ghall-persuna, allura l-Ezorcista jobbligah jghid fejn huma, jekk hux fid-dar jew  mal-hwejjeg, jew f’xi post iehor,  halli jsibuhom u jaharquhom (De exorcizandis obsessis a demonio n.20).  Bil-kmand tal-Knisja, li jsir mill-Ezorcista b’ubbidjenza lejn il-Knisja u f’isem il-Knisja, ix-xitan jigi kostrett li jobdi u jghid il-verita’.

P.Francesco Bamonte jirrakkonta li darba xi hadd kien siliflu ingwanta li kien juza San Piju minn Pietrelcina (tal-pjagi). Huwa heba din l-ingwanta f’borza tal-karti b’mod li kien impossibbli li wiehed jara jew ikun jaf il-kontenut tal-borza.  Izda hekk kif ipprezentaha quddiem persuna mahkuma mix-xitan waqt ezorcismu, ix-xitan permezz ta’ dik il-persuna ghajjat b’lehen qawwi: ‘dik l-ingwanta le! Dik l-ingwanta le!  Nehhiha dik l-ingwanta!’.  Kulhadd baqa’ mistaghgeb, sahansitra l-familjari ta’ dik il-persuna meta l-Ezorcista fetah il-borza u hareg minnha ngwanta li kien juza San Piju biex jghatti l-pjagi ghax anqas huma ma kienu jafu x’fiha dik il-borza.  Drabi ohra P.Francesco pprezenta quddiem il-persuna xemgha u gieghel lix-xitan taht ubbidjenza biex jghidlu minn liema santwarju kienet giet dik ix-xemgha u x-xitan tah l-isem tas-santwarju minn fejn kienet giet ix-xemgha. Jirrakkonta l-Ezorcista taljan li f’okkazjoni ohra heba relikwija ta’ qaddisa go kaxxa u minghajr ma wera’ li fil-kaxxa hemm relikwija, ordna lix-xitan, f’Isem Gesu’, biex jghidlu x’kien hemm fil-kaxxa li kellu f’idejh.  F’dan il-kaz, ix-xitan kien ilu zmien jipprova jikkonvinci lill-vittma li hija mentalment marida u ghalhekk irrisponda: ‘mhux se nghidlek qatt ghaliex inkella hija (il-vittma) ma tibqax temmen li hi mignuna’. L-Ezorcista, mill-gdid, jikkmanda lix-xitan, f’Isem Gesu’, biex jirrispondi ghad-domanda, izda x-xitan baqa’ jghajjat li mhu se jirrispondi qatt!  Izda wara xi hin, ix-xitan beda jcedi u qal: ‘hija bicca ghadma’.  L-Ezorcista qallu: ‘veru li hija ghadma, imma ta’ min hi?’. Bi sforz kbir, qisu qieghed jikkumbatti mieghu nnifsu, ix-xitan wiegeb: ‘qaddisa’.  L-Ezorcista kompla jinsisti biex ix-xitan jghid l-isem tal-qaddisa u wara xi hin ix-xitan ghajjat: ‘Gemma, Gemma!’.  L-Ezorcista jistaqsi: ‘Gemma min?’.  U x-xitan: ‘Galgani’. 

Ir-Ritwal jaghmilha cara li l-Ezorcista ma ghandu qatt jaghmel domandi ghall-iskop li jissodisfa l-kurzita’ tieghu jew ta’ haddiehor (De exorcizandis obsessis a demonio n.14) ghax hekk facli li jkun qed jaqa’ huwa stess vittma tal-gideb tax-xitan. Imma d-domandi li jaghmel ghandhom ikunu mezzi ta’ ghajnuna biex huwa jkun jista’ jaghmel dixxerniment tajjeb dwar jekk hemmx vera possessjoni f’dik il-persuna u jekk hu hekk, x’wassal ghaliha halli jkun jista’ jghin, bil-qawwa kollha li jaghtih Alla u l-Knisja, lill-persuna ghall-helsien shih taghha.