Il-Qawa tax-Xjaten
Fr Franco Fenech
Jekk inqallbu fil-pagni tal-Iskrittura insibu li din titkellem kemm fuq is-Saltna t’Alla u kemm fuq is-Saltna ta’ Satana. Titkellem fuq il-qawwa ta’ Alla li hu l-uniku Hallieq u Sid tal-univers imma titkellem ukoll fuq il-qawwa tad-dlamijiet. Titkellem kemm fuq ulied Alla u wkoll fuq ulied ix-xitan. Huwa mpossibli li tifhem il-pjan tas-salvazzjoni jekk ma tifhimx ukoll il-pjan tax-xitan.
Satana kien il-krejatura l-aktar sabiha li harget minn idejn Alla. Lilu Alla tah superjorita’ u awtorita’ fuq l-angli l-ohra. Minn hawn giet is-suppervja u r-ribelljoni ta’ Satana li ried jokkupa assolutament l-ewwel post, ried li jkun fic-centru tal-holqien, anki jekk dan ma kienx fil-pjan t’Alla. Ghalhekk hu jaghmel minn kollox biex jiddomina id-dinja (‘Nafu li ahna gejjin minn Alla u li d-dinja kollha qeghda taht idejn il-hazin’. 1Gw.5,19.) u jipprova jinqeda bil-bniedem biex jasal ghal dan. Lill bniedem jipprova jaghmlu ubbidjenti lejh innifsu filwaqt li jwaqqfu milli jobdi lil Alla. Huwa jahdem dan il-pjan u kultant jirnexxielu jasal ghal dan anke bil-ghajuna tal-angli l-ohra li mieghu u bhalu rribellaw kontra Alla kif jghid il-ktieb tal Apokalissi (ara Apok. 12,7). Peres li Alla qatt ma jichad il-kreaturi tieghu, Satana u l-angli tieghu baqghu mimlijin bil qawwa li Alla pogga fihom, izda din juzawha b’mod hazin. Santu Wistin jghid li li ‘kieku Satana kellu l-liberta’ shiha u Alla ma jikkontrollahx, kieku hadd minna ma hu haj!’ Imma peres li x-xitan ma ghandux setgha fuq il-hajja taghna,jaghmel minn kollox biex jaghmilna segwaci tieghu u b’hekk idawwarna kontra Alla bhalu.
Kien propju ghalhekk li ‘Gesu’ gie biex ikisser l-opra tax-xitan’ (1Gw.3,8). Gie biex jehles il-bniedem mill-jasar tax-xitan u jerga’ jibni fina u fostna is-Saltna tieghu. Izda bejn l-ewwel migja ta’ Gesu’ bhala bniedem u t-tieni migja tieghu, ix-xitan jaghmel hiltu kollha biex jigbed il-bniedem lejh. Din hi glieda li jaghmel b’mod disperat ghax jaf li hu diga ntrebah bit-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Gesu’ u ghax jaf ukoll li ‘zmien ftit baqaghlu’ (Apok 12,12). Hu propju ghalhekk li San Pawl jghid: ‘..il-glieda taghna m’hijiex kontra d-demm u l-laham, imma kontra s-Setghat , kontra l-Qawwiet, kontra l-Princpijiet ta’ din id-dinja ta’ dlamijiet, kontra l-ispirti hziena li jghammru fil-wisa’ tas-smewwiet’ (Ef.6,12).
Ta min jinnota li l-Iskrittura dejjem titkellem mill-angli u x-xitan bhala esseri spiritwali, imma personali, li ghandhom intelligenza, rieda u liberta’ (ovvjament limitata ghax huma kreaturi). Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika fil-paragrafu 2851 li jitkellem fuq is-Silta mit-talba tal-Missierna, ‘ehlisna mid-deni’, jghid li ‘F’din it-talba, id-deni m’huwiex xi haga astratta, imma hu persuna, ix-xitan, il-hazin, l-anglu li hadha kontra Alla. Ix-xitan ‘diavolo’ dia-bolos, dak li jehodha kontra l-Pjan ta’ Alla, l-“opra tas-Salvazzjoni” li sehhet fi Kristu. Hu ghalhekk li jizbaljaw dawk it-teologi moderni li jghidu li Satana mhu xejn hlief ‘ideja astratta tal-hazen’. Din hija l-kuntrarju ta’ dak li tghid il-Kelma t’Alla, it-taghlim tal-Padres u il-Magisteru tal-Knisja.
Fost id-diversi diskorsi tal-Papa Gwanni Pawlu II fuq ix-xitan, ghandna diskors li hu kien ghamel fl-24 ta’ Mejju tal-1987, fis-Santwarju ddedikat lil San Mikiel Arkanglu, fuq Monte Sant’Angelo vicin San Giovanni Rotondo. F’dan id-diskors qal: ‘Din it-taqbida kontra Satana, mibdija minn San Mikiel Arkanglu, hija attwali illum ukoll ghaliex id-demonju huwa haj illum ukoll u ghadu jahdem fid-dinja. Hu propju ghalhekk li l-hazen li jinsab madwarna, id-dizordni li ghandna fis-socjeta’, l-inkoerenza tal-bniedem, il-qasma interjuri li l-bniedem tal-lum qed isofri minnha, huma, mhux biss konsegwenza tad-dnub originali, imma anke effett tal-azzjoni mudlama tax-xitan’.
B’liema modi ix-xitan jista’ jfixkel u jiddisturba lill-bniedem?
Ix-xitan ghandu zewg modi kif jahdem. Hemm:
• L-Azzjoni Ordinarja tax-xitan li hija ndirizzata lejn il-bnedmin kollha. Din hija t-tentazzjoni biex wiehed jaghmel il-hazen, tentazzjoni li kulhadd b’xi mod jew iehor igarrab. Irridu niftakru li Gesu’, li sar bhalna f’kollox, ukoll accetta din il-kundizzjoni umana u halla lilu nnifsu jigi ttentat mix-xitan (ara Lq.4, 1-15).
• L-Azzjoni Straordinarja tax-xitan li nistghu naqsmuha f’sitt forom differenti:
1. It-tbatija fizika kkawzata mix-xitan b’mod estern: Mhux l-ewwel darba li nisimghu b’din it-tbatija fil-hajja ta’ hafna qaddisin. San Pawl tas-Salib, il-Kurat t’Ars, P.Piju u hafna ohrajn kienu jigu attakkati fizikament, msawwta, mbezzgha u mweggha mix-xitan. Pero’ din tigri biss minn barra u ghalhekk ma nistghux nitkellmu minn possessjoni imma hija msejjha ‘oppressjoni’.
2. Il-Possessjoni: Dan hu l-mument meta x-xitan jiehu pussess, jahkem, il-gisem (u mhux tar-ruh) tal-persuna u jgeghla titkellem u taghmel dak li jghid hu. Il-vittma, ghax hija mahkuma, ma tkunx tista’ tirrezisti u ghalhekk mhix meqjusa moralment hatja tal-azzjonijiet li taghmel jew diskors li tghid. Meta x-xitan jahkem persuna jista’ jwassalha ghall-manisfestazzjonijiet straordinarji li minnhom jitkellem ir-Ritwal tal-Ezorcismu: il-persuna titkellem b’lingwi li qabel kienu skonoxxuti ghaliha, ikollha sahha eccezzjonali (waqt li l-Ezorcista jitlob ikollu bzonn min izomm il-persuna u dan mhux dejjem ikun facli!), turi ostilita’ ghal dak kollu li hu sagru, tikxef hwejjeg mistura u ohrajn. Forsi hawn ma nistghux ma niftakrux fl-imxjatan ta’ Gerasa (ara: Lq.8, 26-39). Izda rridu nzommu f’mohhna li jezistu diversi tipi ta’ possessjoni tax-xitan li jaghmlu differenza minn wahda ghall-ohra, kemm fil-gravita’ u kemm fis-sintomi. Ghalhekk ma nistghux inzommu quddiem ghajnejna mudell wiehed, daqslikieku hemm xi ‘pattern’ komuni, imma hemm varjeta’ u diversita’ daqs kemm hemm persuni jbatu minn possessjoni. Ix-xitan jista’ jahkem: l-intellett, il-volonta’ u l-fakultajiet tal-persuna (sahha, vuci ecc ..). Izda qatt ma jista’ jahkem ir-ruh tal-persuna ghaliex ir-ruh hija s-santwarju tal-bniedem. Biex ix-xitan jahkem ir-ruh, iridu ikun hu stess li jaghtih ic-‘cavetta’ u dan jaghmlu permezz tad-dnub. Meta persuna tkun qed tghix fi stat ta’ dnub gravi, minghajr indiema ghalkemm konxja mill-istat taghha u ma tipprova taghmel xejn biex tinbidel, hi tkun qed taghti possibilta’ lix-xitan biex jahkem ir-ruh taghha.
3. Il-vessazzjoni dijabolika: dawn huma il-mard jew disturbi ohra li jistghu ma jkunux tant gravi u jistghu ikunu gravi hafna. Izda dawn ma jwasslux ghall-possessjoni jew ghall-punt li wiehed jitlef il-kapacita’ tal-hsieb jew li jaghmel azzjonijiet jew jghid kliem li taghhom ma jkunx responsabbli, ghaliex f’dan il-kaz mhux qieghed taht il-hakma tax-xitan. Nistghu naghtu ezempji Biblici: Gob ma kienx persuna mahkuma mix-xitan imma kien milqut f’uliedu, fil-gid tieghu u fis-sahha tieghu. Il-mara li kienet inklinata u l-ohra truxa u muta li Gesu’ fejjaq, ma kellhomx possessjoni tax-xitan, imma x-xitan kien jikkawza dawk il-kundizzjonijiet fizici. San Pawl certament li ma kienx mahkum mix-xitan imma jidher li hu ukoll kellu xi tip ta’ disturb minn naha tax-xitan: ‘u li ma mmurx nintefah bija nnifsi,...... tqeghditli xewka f’gismi (hija cara li kienet xi tip ta’ kundizzjoni fizika), messaggiera tax-xitan, biex toqghod tniggizni biex ma nintefahx’ (2Kor.12,7).
Il-Possessjoni llum ukoll hija xi haga rari; imma zgur li kull min jahdem f’dan il-qasam jiltaqa’ ma ghadd kbir ta’ persuni li huma milquta mix-xitan fis-sahha taghhom, fil-gid, fix-xoghol, fir-relazzjonijiet u fl-affetti taghhom... Ovvjament li taghmel analizi u tkun taf jekk il-kawza ta’ dak li ghaddejjin minnu dawn il-persuni, ghandux kawza spiritwali jew le mhix haga semplici. Il-gravita’ minn persuna ghall-ohra tista’ tvarja imma d-diffikulta’ biex tifhem u biex tghin fil-process ghall-fejqan ta’ dawn il-persuni hija dejjem difficli.
4. L-Ossessjoni: din titratta il-bumbardamenti, li xi kultant ikunu frekwenti jew kontinwi, ta’ hsebijiet ossessivi li anki jekk kultant ma jkunux jaghmlu sens imma minhabba fihom il-persuna thossha mjassra u mhux libera. Il-persuna li tintlaqat minn din tghix kontinwament fi stat ta’ disperazzjoni, tentazzjoni anki ghas-suwicidju. Xi kultant dawn l-ossessjonijiet jaffettwaw anke il-holm. Jista’ jkun hemm min jghidli li dawn huma kazijiet ta’ jdejn il-psikjatri. Tassew li dawn, bhal kull fenomenu iehor, kultant tista’ tasal biex tispjegahom bix-xjenza, psikjatrija, parapsikologija u ohrajn. Imma jezistu kazijiet li johorgu kompletament minn kull spjegazzjoni xjentifika ghax huma kawzati mill-hidma tax-xitan. Dawn id-differenzi sottili titghallimhom biss bl-istudju u bil-prattika.
5. L-Infestazzjoni: din tolqot djar, oggetti u annimali. Dan ifisser li din ma tolqotx direttament lill-persuni izda x-xitan juzahom biex minnhom jasal ghall-bniedem.
6. Id-dipendenza dijabolika: Persuna tista’ taqa’ f’din id-dipendenza meta bir-rieda hielsa u b’mod volontarju tpoggi lilha nfisha ghas-servizz tax-xitan. Iz-zewg forom l-izjed gravi huma: meta persuna taghmel patt bid-demm taghha stess max-xitan jew meta wiehed jikkonsagra lilu nnifsu lil Satana.