Ghaliex Alla Jippermetti l-Hidma tax-Xitan?
Fr Franco Fenech

img

Ghaliex Alla Jippermetti l-Hidma tax-Xitan?
Fr Franco Fenech

Bhal fi zmien Gesu’ ix-xjaten illum qeghdin ikomplu il-hidma u l-attivita’ taghhom. Alla, fl-gherf u t-tjieba tieghu, jippermetti din il-hidma tax-Xitan u l-‘angli’ tieghu ‘biex il-bniedem, permezz tat-taqbida kontra l-Hazin, jezercita ruhhu fl-ghemil it-tajjeb’ (San Tumas t’Aquino), u jkollu l-okkazjoni biex jippurifika ruhhu u jikber. Ghalhekk, ir-rejazzjoni taghna kontra l-azzjoni tax-Xitan, issir mezz li bih nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla u jekk nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla, aktar nobduh: ‘min ihobbni, ihares kelmti’ (Gw.14,23). B’hekk ix-xjaten, bla ma jridu, isiru, qaddejja ta’ Alla jew ahjar ilsiera tieghu: ‘huwa propju biex ikabbar il-merti taghna, jippurifika u jkabbar il-virtujiet taghna u jhaffef il-mixja taghna lejH li Alla jippermetti li ahna nigu ttentati mix-Xitan’ (S.Tumas t’Aquino, Kumment dwar l-ittra lil-Lhud 12,6).

San Gwann Grisostmu fit-tielet ittra dwar ix-Xitan jghid: ‘jekk jistaqsukom ghaliex Alla ma qeridx lix-Xitan wara r-ribelljoni tieghu, ghidulhom: Alla halla fl-ezistenza lix-Xitan, ghaliex filwaqt li l-bniedem jishar kontra t-tentazzjoni u jitbieghed minnha, ix-Xitan stess ikun utli fil-mixja tieghu lejn Alla’,. Ovvjament, mhux ghax hekk jixtieq, imma dan isir grazzi ghar-rezistena kuragguza ta’ dawk li jafu jisfruttaw il-hazen tieghu ghall-gid taghhom infushom’. Mela Alla, fl-imhabba tieghu lejna, kapaci jdawwar l-intenzjoni hazina tax-Xitan favur taghna! Alla jippermetti li kemm l-azzjoni ordinarja (tentazzjoni) u kemm l-azzjoni straordinarja tax-Xitan (infestazzjoni, possessjoni, ossessjoni jew vessazzjoni) jghinuna biex nintrabtu aktar mieghU permezz ta’ ghemejjel ta’ virtu’. ‘Alla kollox jibdel f’gid ta’ dawk li jhobbuh’ (Rm.8,28) u ‘ma jippermettx li niggarbu aktar milli nifilhu, imma, mat-tigrib jaghtina wkoll il-qawwa u l-ghajnuna biex inkunu nifilhu ghalih’ (1Kor.10,13). Ix-xjaten, ghax ghandhom rabja u mibeghda kbira lejna, juzaw l-opportunitajiet kollha biex lilna jsehbuna maghhom fir-ribelljoni kontra Alla, imma Alla juza dawn il-mument biex lilna jerfaghna lejh. Filwaqt li l-intenzjoni tax-Xitan hija li jkaxkarna mieghu go l-infern, l-intenzjoni ta’ Alla hija li jsehibna fil-glorja.

Biex jilhaq dan l-iskop, ix-Xitan ifittex li jiskopri d-dghufija taghna permezz tal-azzjoni ordinarja tieghu, li hija t-tentazzjoni. San Tumas t’Aquino jghid: ‘li tittanta propjament ifisser: tpoggi lil xi hadd fil-prova, bl-iskop li tkun tafu ahjar. Ghalhekk l-iskop principali ta’ kull tentazzjoni huwa biex permezz taghha ix-Xitan isir jafna ahjar. U dak li tkun taf fuq xi hadd tista’ tuzah kemm b’mod posittiv u kemm b’mod negattiv. B’mod posittiv meta jiena nfittex li nkun naf il-kwalitajiet posittivi ta’ persuna, bl-iskop li nghinha tkabbar izjed dawn il-kwalitajiet, imma b’mod negattiv meta jiena nkun irrid niskopri dak li hu negattiv fil-persuna biex inkun nista’ nuzah halli ninganna jew nirvina lill-persuna.

Kif se nibdlu t-tentazzjoni tax-Xitan f’mument ta’ grazzja? Jghidilna San Pawl fl-ittra tieghu lil Efesin (6,11f): ‘Ilbsu l-armatura ta’ Alla biex tkunu tifilhu tieqfu ghat-tnassis tax-Xitan. Ghax il-glieda taghna mhix kontra d-demm u l-laham imma kontra s-setghat, kontra l-Qawwietm kontra l-Ispirti hziena li jghammru fil-wisa’ tas-smewwiet... Hazzmu gembejkom bil-verita’, ilbsu l-korazza tal-gustizzja u xiddu riglejkom bil-hegga ta’ l-Evangelju tas-sliem; hudu f’idejkom it-tarka tal-fidi, li biha tistghu titfu l-vlegeg kollha tan-nar tal-hazin; ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla tal-Ispirtu li hi l-Kelma ta’ Alla.’