F’Ismi Jkeccu x-Xjaten
Fr Franco Fenech

img

F’Ismi Jkeccu x-Xjaten
Fr Franco Fenech

Kien xokk ghalija, meta ftit wara li gejt ordna Sacerdot, fl-1994, fil-pastorali tieghi, kelli nhabbat wicci ma persuni li kellhom bzonn ghajnuna minhabba li kienu missew mal-okkult jew satanizmu.  Sibt ruhi diversi drabi, inressaq persuni ghand il-membri tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-okkult u s-satanizmu li ghandna Malta, liema Kummissjoni giet imwaqqfa fl-1995 b’digriet mill-Kurja tal-Arcisqof.  Kien forsi dan illi wassal li propju f’Dicembru tas-sena 2001, ircevejt nota minghand P.Elija Vella Ofm Conv, President tal-Kummissjoni fejn qalli li: ‘fl-ahhar laqgha li kellna tal-Kummisjoni, hsibna li nsiehbu xi sacerdoti maghna biex jaghtuna daqqa t’id f’dan il-ministeru hekk importanti imma wkoll difficli.  Ismek issemma’ u nixtieq nistaqsik x’possibilita’ hemm li tikkopera ftit maghna.’ Din l-istedina wasslitni biex niehu l-pariri mehtiega u ftit granet wara naghti risposta posittiva ghal din l-istedina. 

Ghalkemm dan is-sugget, minhabba xi kazijiet li kont iltqajt maghhom, kien jinteressani, imma qatt ma kont konxju kemm kien vast, kemm persuni jehtiegu ghajnuna fuq dan il-livell, u x’tip ta’ wegghat u problemi se nhabbat wicci maghhom fil-ministeru tieghi.  Kienet grazzja kbira ghalija li ghal tlett snin stajt inkun prezenti waqt sessjonijiet ta’ talb specjalment flimkien ma’ P.Marcello Ghirlando Ofm, ezorcista ta’ esperjenza kbira li xorob taghlim u prattika minghand P.Gabriel Amorth, President tal-Assocjazzjoni Internazzjonali tal-Ezorcisti.  Din kienet ghalija grazzja kbira.  Wiehed ma jistax jaqdi dan il-ministeru tal-ezorcistat minghajr ma jiffaccja diffikultajiet kbar li, jekk ma jkollux formazzjoni serja, jista’ jaghmel hsara lill-persuni li jigu ghandu.

Mill-banda l-ohra, bil-mod il-mod, bdejt niskopri kemm persuni ghandhom bzonn min jismaghhom u jghinhom jiltaqghu mal-Mulej f’mumenti difficli tal-hajja taghhom.  Fhimt kemm hu utli l-parir li jaghti P.Gabriel Amort  lilna s-Sacerdoti, specjalment ezorcisti:

•    Aghtu Evangelizzazzjoni serja.
•    Aghtu informazzjoni fuq is-suggett.
•    Aghtu hin biex tisimghu lil hafna nies li ghandhom bzonn jifthu qalbhom.

Fil-fatt sibt ruhhi naghmel apostolat ma persuni li qeghdin ibatu u li l-ikbar tbatija taghhom hija meta jhossu li hadd m’hu jifhimhom jew sahansitra jigu mwaqqghin ghac-cajt, kemm minn familjari, hbieb, tobba u professjonisti u kultant anki mill-istess membri tal-kleru.

Kien hemm zmien li fih il-pastorali f’dan il-qasam kienet traskurata ghall-kollox anki fid-dinja Kattolika.  Fil-passat ma kienx hekk u llum rega’ qed  jinhass il-bzonn li jkun hemm ezorcisti kwazi f’kull Djocesi, bhalma nhass il-bzonn li jkun hawn fid-Djocesi ta’ Malta.  U aktar ma d-Djocesi tkun kbira u numeruza, aktar irid ikun hemm sacerdoti li jilqghu persuni b’dawn il-problemi. Ghall-kuntrarju, mhux talli s-sacerdoti li jezercitaw dan il-ministeru huma ftit, imma kultant ma jkunux milqugha u moghtija l-permess biex ihaddmu l-ministeru taghhom.  P.Amorth ta spiss jaghmel stediniet lill-Isqfijiet, li   kultant ma jkunux sensittivi ghal din il-problema, biex minn fost il-kleru taghhom, jaghzlu persuni li jistudjaw u jezercitaw dan il-ministeru.  Irridu niftakru li l-ezorcizmu huwa riservat biss ghal dawk is-sacerdoti li ghandhom permess specifiku mill-Isqof Djocesan tal-post.  Ghalhekk huma biss u hadd izjed ma jista’ jezercita dan il-ministeru u juza it-talba tal-ezorcistat.

Kien ghalhekk li propju f’dan iz-zmien li fih aktar minn qatt qabel qed iqum interess fuq dan is-suggett, specjalment fil-faxxa tal-eta’ zaghzugha, hassejt il-bzonn li nikteb sensiela ta’ artikli f’din ir-rivista li fihom se nitkellmu fuq diversi aspetti ta’ dan il-fenomenu.  Huma ftit il-kotba bil-Malti li ghandna f’idejna, kotba bhal: ‘Satana’ u ‘Fi gwerra max-xitan’ ta’ P.Elija Vella Ofm Conv u ‘Kristu Rebbieh fuq ix-xitan’ ta’ P.Marcello Ghirlando Ofm.  Jalla dawn l-artikli jitfghu aktar dawl fuq dan is-suggett u jirrispondu domandi li hafna qedin ihabbtu wicchom maghhom.

Ix-xahar id-diehel se nitkellmu dwar ‘Il-qawwa’ ta’ Satana.