L-Ezorcizmu III - Il-Madonna fl-Ezorcizmu
Fr Franco Fenech OFM Cap

img

L-Ezorcizmu III - Il-Madonna fl-Ezorcizmu
Fr Franco Fenech OFM Cap

L-esperjenza Marjana waqt l-ezorcizmu hija haga li verament tferrhek u tikkonslak. Kull ezorcista jistqarr mill-esperjenza tieghu, li kull meta tissemma l-Madonna, ix-xitan, minhabba l-mibeghda kbira li ghandu lejha, jirrabja bil-kbir. Ix-xitan jirreferi ghall-Madonna bhala ‘dik’ u wara jzid ruxmata titli dispreggattiva ghaliex jammetti li l-Madonna ‘tohrog lil hafna persuni mill-pjan tieghi’. Darba ix-xitan waqt ezorcizmu stqarr li meta l-Papa Gwanni Pawlu II kkonsagra lid-dinja lill-Qalb Immakulata ta Marija, huwa wassal ghall-falliment ta’ hafna mill-progetti tieghu. Rigward ir-ruzarju, darba waqt li ezorcista pogga l-kuruna tar-ruzarju ma’ ghonq il-persuna posseduta, ix-xitan beda jghajjat minnufih: ‘ qed tghaffigni, tqila wisq, qed tghaffigni dik il-katina msadda’. L-ezorcista esklama: ‘mil-lum ‘il quddiem, din ohtna se titlob ir-ruzarju kull jum’. U x-xitan immedjatament wiegeb: ‘imma wara kollox, ftit huma dawk li jitolbuh’. U mn’Alla hu hekk ghax tant iweggaghni ghax titolbu lil DIK (Marija) u tfakkruni fil-hajja ta’ DAK (Gesu’) waqt li timmeditaw fuqu fir-ruzarju. B’dik il-katina qisni qed naqla bil-martell fuq rasi. Hi bhal frosta ghalija’. Dan huwa lingwagg metaforiku li permezz tieghu nifhmu aktar il-qawwa tar-ruzarju u kemm ix-xitan jibza’ minnu.

Darba, wiehed ezorcista baqa’ mistaghgeb meta, waqt li kien qed jitlob lill-Madonna, ix-xitan qal: ‘Hi l-unika wahda li toqtolni, il-velu mishut taghha jifgaghni kull darba, hadd minnha ma jista’ jiqfilha’. Ghal dan il-kliem, l-ezorcista jghid: ‘Grazzi mama’, grazzi Qalb Immakulata!’. Ix-xitan, irrabjat, jerga’ jwiegeb: ‘issemmix dik il-qalb, diga’ nfidniha bis-sejf u ma mietetx. Qtilnilha lil binha u haditilna wlied ohra. Il-qalb ta’ dik hija l-ugieh taghna. Aktar ma weggajnieha, aktar weggajna ahna. Dik titlob dejjem, ma tieqaf xejn, u b’hekk tifrustana bit-talb taghha’. Hawnhekk kien qed jitkellem kemm fuq l-intercessjoni tal-Madonna u kemm fuq l-imhabba taghha lejn l-umanita’. ‘Kull darba li tinzel fid-dinja, ahna nisfrundaw aktar ‘l isfel. Kull demgha taghha hija toqba ohra f’gisimna, kull harsa taghha hija ticrita f’mohhna, kull pass taghha hu t-tmiem taghna. Nippruvaw inwaqqfuha imma qatt ma jirnexxielna ghax hi qawwija hafna aktar minna. Il-hazen m’ghandux setgha fuqha’.

Mhux ta’ b’xejn li l-Papa Pawlu VI ta lil Marija t-titlu ta’ ‘Omm il-Knisja’. Gwanni Pawlu II jghid li hu jaqbel perfettament ma dak li ddikjara Pawlu VI. Huwa jghid li kif Marija kienet Omm Gesu’ fil-gisem, hekk kienet ukoll se ssir Omm il-Knisja bhala l-Gisem Mistiku tieghu. Dan hu l-fundament ta’ dak li l-Papa Gwanni Pawlu II jsejjah ‘il-presenza specjali ta’ Omm Alla fil-misteru ta Kristu u l-Knisja tieghu’ (RMat 48). Il-kura materna ta’ Marija tigi murija lilna f’diversi passaggi fir-raba’ Vangelu. Fit-tieg ta’ Kana hija tidher bhal ‘Omm Gesu’ (Gw.2:1-2). Il-maternita’ Spiritwali ta’ Marija hija mwassla lilna minn kliem Gesu’ nnifsu minn fuq is-Salib. Gesu’ jghid lil Ommu, ‘Mara hemm hu Ibnek’ u lil Gwanni ‘hemm hi Ommok’ (Gw19:26-27). F’dan il-kas m’ahniex nitkellmu minn maternita’ fizika imma biss fuq relazzjoni spiritwali bejn Omm u wliedha. Kull membru tal-knisja huwa mheggeg biex jilqa’ lil Marija f’hajtu bhalma d-dixxiplu l-mahbub hadha ghandu d-dar (Gw.19:27).