L-Ezorcizmu II - Mezz ta' Evangelizzajoni
Fr Franco Fenech OFM Cap

img

L-Ezorcizmu II - Mezz ta' Evangelizzajoni
Fr Franco Fenech OFM Cap

Mezz ta’ Evangelizzazjoni

L-ezorcizmu mhux biss jaghmel gid u jaghti helsien lill-persuna posseduta, imma hafna drabi tkun esperjenza li taghmel hafna gid ukoll lill-familjari jew hbieb li jkunu ressqu lill-persuna posseduta ghand l-ezorcista. Dawn, waqt il-process tal-ezorcizmu, imissu b’idejhom stess realta’ spiritwali li forsi qabel ftit ikunu konxji minnha. Ghalhekk l-istess ezorcizmu jsir ghodda ta’ evangelizzazzjoni li tistimulak ghall-konverzjoni, ghat-talb, ghall-impenn akbar fil-hajja tal-fidi, ghall-hajja Kristjana aktar soda u vera.

Is-sacerdot Dun Giuzeppe Capra, waqt laqgha ghas-sacerdoti, fakkar kif fil-passat, meta kien ikun hemm xi kaz straordinarju ta’ possessjoni, is-sacerdot kien jiehu l-okkazzjoni biex jevangelizza u jistieden ghall-konverzjoni. Jghid hekk: ‘San Gwann Bosco fl-1862 kiteb dwar kaz ta’ mara posseduta. Fil-kitba tieghu isemmi ktieb ta’ wiehed habib tieghu Kapuccin, Fra Carlo Filippo minn Poirino, bit-titlu: ‘Il-potere delle tenebre’. Filwaqt li San Gwann Bosco kien qed jikkoregi it-test ta’ dan il-ktieb, ix-xitan xerred il-linka fuq il-karti miktuba. Dan l-episodju sehh go Val della Torre fid-Djocesi ta’ Torino, fejn mara, li kienet tahdem ir-raba’, Teresa Dosio, wara li sofriet sahta minn huha, kellha vessazzjoni mix-xitan. Sew jekk kienet tkun f’xi ambjent miftuh u sew jekk kienet tkun f’ambjent maghluq, kienet tigi milquta minn gebel mixhuta lejha minn xi hadd li ma jidhirx. Kien hemm zmien li fih din il-mara spiccat anke muta. Quddiem dawn il-fatti, hija , flimkien mal-familja taghha u hbieb grew lejn il-knisja biex iqerru, jitolbu w jersqu lejn il-Mulej, u fi zmien gimgha giet mehlusa u regghet bdiet titkellem’.

Kultant huwa x-xitan innifsu li jevangelizza bil-kliem li jkun qed jghid waqt l-ezorcizmu. Naturalment dan ma jaghmlux b’mod volontarju imma involontarjament. Ghalhekk kultant din insejhulha: ‘il-katekezi involontarja tax-xitan’. L-espressjonijiet tieghu huma semplici, u hafna drabi ripetittivi imma li direttament jew indirettament jikkonfermaw il-verita’ tal-fidi nisranija taghna.

Huma hafna d-drabi, perezempju, li x-xitan jafferma huwa stess, b’mod car hafna, li x-xoghol principali tieghu mal-bniedem mhijiex il-possessjoni, imma t-tentazzjoni. Darba, fil-mument li fir-Ritwal Ruman ix-xitan jigi definit bhala ‘malorum radix, fomes vitiorum, seductor hominum, proditor gentium’, cioe’ ‘gherq tal-hazen kollu, ghajn tal-vizzji, ingannatur tal-bnedmin u tal-popli’, ix-xitan jigbor fil-qosor u b’mod car u kategoriku il-hidma tieghu: ‘id-dover taghna hu t-tentazzjoni, dejjem, lil kulhadd, kullimkien. Xi whud jaqghu fix-xibka taghna u xi whud jaqghu ghal dejjem’. Waqt ezorcizmu iehor jghid: ‘Hu (Alla) irid erwieh hielsa u qaddisa, jiena rrid erwieh ilsiera u skjavi’.

Rigward il-qawwa tat-talb, darba, waqt il-kliem tal-quddiesa: ‘Qaddis, qaddis, qaddis, il-Mulej Alla tal-ezerciti’, li jinghad ukoll waqt it-tieni ezorcizmu, ix-xitan kien kostrett li jghid: ‘jekk intom tghixu gharkoptejjkom quddiem dan Alla u tkantaw it-tifhir tieghu, kif jaghmlu l-angli, ahna ma jkollnix il-poter li intom stess kultant taghtuna fuqkom’.

Karatteristika komuni hafna waqt l-ezorcizmu hija l-manifestazzjoni tas-suppervja tieghu. Tant hu hekk li darba x-xitan stess qal: ‘is-suppervja tieghi hija l-qawwa tieghi u d-dannazzjoni tieghi’.

Reazjonijiet u Attegjamenti Ohra tax-Xitan

Wahda mill-izjed talbiet frekwenti li jaghmel ix-xitan hija li jigi kkunsidrat w adurat daqslikieku kien alla. Fil-fatt ix-xitan, ghax hu supperv, ma jaccettax il-fatt li huwa krejatura u jipprova jaghti l-impressjoni li hu alla, u bhala alla, jippretendi li jircievi l-kult  u l-qima minn ghandna l-bnedmin. Spiss, meta jkun qed jigi ezorcizzat jghid:
aduraw lili, jiena alla, jiena alla! Inxtehtu gharkopptejkom meta ssemmu ismi.  Jiena l-onnipotenti! Itolbu lili!’. 

Ghal dawn il-kliem nistghu nirrispondu b’siltiet mill-Iskrittura bhal, perezempju, il-kliem ta’ Gesu’ fid-dezert: ‘Itlaq ‘l hemm ja xitan ! hemm miktub: lil Alla biss ghandek tadura u lilu biss taqdi!’. 

Jew inkella bi kliem San Pawl: ‘F’Isem Gesu’, kull irkoppa tmil fis-sema, fl-art u f’qiegh l-art; u kull ilsien jistqarr li Gesu’ Kristu hu l-Mulej, ghall-glorja ta’ Alla l-Missier’ (Fil.2, 10-11). 

Xi whud mill-ezorcisti jzidu frazijiet spontanji bhal: ‘Alla hu biss il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.  M’hemmx alla iehor. Inxtehet quddiemu u adurah!’.   

Ghall-ordni biex jinzel jadura lil Alla bhala l-uniku veru Alla, ix-xitan dejjem iwiegeb b’rabja kbira, suppervja u presunzjoni: ‘qatt! qatt! jiena alla.  Hares ftit madwarek u ara kif kulhadd qieghed jimxi warajja, kif kulhadd qieghed ifittixni.  Ara kif kulhadd jixxennaq ghal dak li rrid naghtihom jien’.

Darba ohra, waqt li l-ezorcista kien qed jordna lix-xitan biex jadura lil Alla, ix-xitan, bi protesta, iwiegbu: ‘dak (Gesu’), gie jinkarna lilu nnifsu fikom.  Ma setghax jaghmel haga moqzieza u umiljanti aktar minn hekk.  Ahna biss nafu x’hassejna meta Hu(Gesu’) dahal f’dak il-laham.  Ahna biss nafu!’.

 Dak li gara lil wiehed ezorcista waqt li kien qed jitlob bit-talb li l-anglu ghallem lit-tfal ta’ Fatima, Frangisku, Gjacinta u Lucija, huwa impressjonanti!  Sena qabel ma dehritilhom il-Madonna, l-anglu jidher lit-tfal ghal tliett darbiet, izomm kalci u Ostja li minnha kien icarcar xi qtar tad-demm ghal gol-kalci. F’hin minnhom, l-anglu jhalli l-kalci u l-Ostja in arja u jinzel minn tulu fl-art jadurahom filwaqt li qal ghal tliett darbiet:

Santissima Trinita, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, nadurakom profondament u noffrilkom il-Gisem, id-Demm, ir-Ruh u d-Divinita’ tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu, prezenti fit-tabernakli kollha tad-dinja, bhala tpattija ghad-dnubiet, sagrileggi u bruda spiritwali li bihom Hu stess huwa offiz u ghall-merti nfiniti tal-Qalb imqaddsa ta’ Marija, nitlobkom ghall-konverzjoni tal-imsejkna midimbin’ (Memorie di Suor Lucia, Vice-postulazione della beatificazione dei veggenti.  P.156). 

Meta l-ezorcista beda jitlob din it-talba, ix-xitan ghamel rejazzjonijiet kbar, vjolenti, li kienu jzidu fl-intensita’ taghhom meta jghid: ‘bhala tpattija ghad-dnubiet, sagrileggi u bruda spiritwali li bihom Hu stess huwa offiz’.

U aktar bdew izidu meta qal: ‘nitlobkom ghall-konverzjoni tal-imsejkna midimbin’.

Hawnhekk ix-xitan, involontarjament, juri l-qawwa tat-talb.  Meta xi hadd jitlob jew jintercedi ghall-persuni, ikun qed jinghaqad max-xewqa ta’ Alla li jsalva lil kulhadd.  ‘Alla jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw’.  Ikun qed jaghti access lil Alla ghall-qalb u l-hajja ta’ dik il-persuna li hi tieghu bi dritt ghaliex hallas ghaliha permezz tad-demm ta’ Ibnu. Wara kollox irridu niftakru li t-talb ta’ ntercessjoni ghandu qawwa kbira ghaliex, kif ighid San Gwann Grisostmu: 

‘meta jiena nitlob ghalija nnifsi, inkun qed nitlob jiena biss wahdi u ghalhekk it-talba tieghi hija dghajfa.  Imma jekk jiena nitlob ghall-ohrajn, it-talba tieghi hi hafna qawwija ghaliex jiena qed nitlob ma kulhadd ghal dik il-persuna u kulhadd qed jitlob ghalija’.

Meta ahna nintercedu  nkunu qed nezercitaw ministeru li jdahhalna fil-qalb ta’ Alla li hija kollha mhabba lejn il-midneb u lejn dawk li qed ibatu.  Ministeru li jgibna f’sintonija ma’ dak li l-Mulej jixtieq li nkunu.   U x’jixtieq ghalina l-Mulej?  Jixtieq li ahna nghixu il-liberta’ u l-helsien ta’ wlied Alla.  Ghax ahna ma gejniex moghtija spirtu ta’ jasar biex nergghu naqghu fil-biza’, imma gejna moghtija l-Ispirtu ta’ wlied.  Allura l-effett tat-talb ta’ intercessjoni huwa li jibdel il-bniedem f’post fejn il-prezenza divina tkun tista’ tghammar.

Atteggjament karatteristiku iehor tax-xitan waqt l-ezorcizmu huwa li ta’ spiss jhedded li jeqred u jiddistruggi.  Dak kollu li hu sabih, tajjeb, f’sahhtu w‘armonjuz, jaqa’ taht il-harsa u l-mira tieghu.  Hu jwieghed li jeqirdu: ‘huma hafna mill-qaddejja tieghi li jaghmlu herba mid-dinja’.

L-iktar haga li x-xitan jaghmel minn kollox biex jeqred hija l-imhabba taz-zwieg u l-familji.  Fil-fatt, kull meta jsir it-tigdid tal-weghdiet taz-zwieg jew issir barka fuq il-koppja mizzewga u fuq l-ghaqda u l-imhabba taghhom, ix-xitan jirrejagixxi b’mod vjolenti.  Kien hemm okkazzjoni fejn ix-xitan esprima car hafna l-mibeghda kbira li hu ghandu lejn il-familja.  Qal: ‘ma joghgobnix il-mod kif in-nisa jilbsu.  Iridhom jilbsu aktar provakattiv biex is-sess jiddomina lill-persuni u jiena nkun nista’ neqred dejjem aktar il-familji!’. 

Drabi ohra, b’lingwagg metaforiku, iddefinixxa l-organi sesswali bhala ‘ic-centru tad-dinja’.  Ikun hemm rejazzjonijiet ukoll meta l-ezorcista jbierek l-gherusija ta’ zewg zghazagh li jridu jghixuha bis-serjeta’ fil-kastita’ u fuq dan jghid li hi: ‘hnezrija’!

Ma tistax ma tintlaqatx mill-mibeghda kbira li x-xitan juri u l-fatt li juri sodisfazzjoni kbir meta tigri xi haga ta’ hsara, tkun xi tkun.  Jirrakonta ezorcista kif kien baqa’ miblugh meta x-xitan, waqt ezorcizmu jghidlu: ‘Aqbdad dak il-ktieb moqziez tal-Apokalissi.  Hemm miktub fuq dik il-mara li se twelled.  Jien lit-tfal naghmel minn kollox biex niblagghhom.  Taf kif?’.

U hawnhekk ix-xitan jiddeskrivi, bi kliem li jkesshek u b’sodisfazzjoni, kemm il-qerda tat-tfal permezz tal-abort li jsir madwar id-dinja kollha u kemm permezz tal-vjolenza u abbuzi sesswali fuq it-tfal. U kull darba li jsemmi dawn l-affarijiet, jghid b’sodisfazzjon: ‘kemm nitpaxxa’.   

Din l-espressjoni uzaha wkoll meta rrefera ghaz-zghazagh li jeqirdu hajjithom bid-droga. Darba huwa stess stqarr li permezz tal-legalizzazzjoni tal-abort f’diversi pajjizi, ahna tajnieh il-permess li jeqred it-tfal! Ix-xitan ghandu habta kif jaqleb il-valuri morali ta’ taht fuq.  Hu jsejjah tajjeb dak li hu hazin u hazin dak li hu tajjeb.  Mhux l-ewwel darba,  waqt l-ezorcizmu, meta l-ezorcista jinqeda bir-relikwiji tal-qaddisin, ix-xitan jghid: ‘X’intiena!  Hija l-intiena ta’  persuni li ghazlu lilu (lil Gesu’ ma jsemmih qatt b’ismu!). 

Meta darba ra il-kuruna tar-ruzarju qal: ‘dik katina mishuta’.  Meta jhoss l-ilma mbierek, jinfexx jghajjat: ‘ma rridx inkun mahsul b’dak l-ilma moqziez u jintenn.  Jahraqni!’.  

Meta l-ezorcista jitlob lill-Mulej biex ibierek lill-persuna posseduta, huwa jghajjat: ‘ha jkun mishut.  Jien niehdu mieghi go l-infern’.

Ghall-kliem tal-Vangelu: ‘Ejjew ghandi intom li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom (Mt.11,28), ix-xitan ikun pront jghid: ‘ejjew ghandi, intom li ferhanin, intom li intom perversi, hziena, u jiena nserrahkom’.

Darba wahda, meta l-ezorcista waqt ir-rit tal-ezorcizmu wasal fil-kliem: inimice fidei, hostis generis umani, mortis adductor, li jfisser: ghadu tal-fidi, avversarju tal-umanita’, missier il-mewt, ix-xitan jitkellem b’mod metaforiku u jghid: ‘dak in-nhar li ahna nfridna minnu, ghidnielu: il-poter tad-dnub ikun l-altar taghna.  Fuqu ahna nissagrifikaw l-erwieh ta’ wliedek mishutin.  Fuq dak l-altar inxerrdu d-demm ta’ wliedek.  Hemm alla ghal dawk li joboghdu, u dan alla huwa jien’.