L-Azzjoni Straordinarja tax-Xitan - Id-Dixxerniment I
Fr Franco Fenech OFM Cap

img

L-Azzjoni Straordinarja tax-Xitan - Id-Dixxerniment I
Fr Franco Fenech OFM Cap

Ghal  wiehed li jkollu esperjenza vera ta’ persuni posseduti mix-xitan, ikun aktar facli li jaghmel dixxerniment tal-kazijiet li jiltaqa’ maghhom.  Ghalhekk ahna nzommu li max-xjenza, il-prudenza u l-integrita’ ta’ hajja, huwa  bzonn  kbir li wiehed ikollu wkoll l-esperjenza. Ir-Ritwal Ruman, fin-norma numru 2 bit-titlu ‘De exorcizandis obsessis a demonio’ jghid : ‘L-ezorcista jrid  jimpenja ruhhu biex jassimila taghlim minn awturi esperti u mill-esperjenza tieghu stess’.

Nistghu nghidu li hemm tlett kategoriji ta’ nies li jfittxu l-ezorcista.  L-ewwel kategorija hija ta’ dawk il-persuni li huma konvinti li qed isofru minn possessjoni dijabolika jew li huma persegwitati mix-xitan imma li fil-fatt m’humiex!  Dawn jattribwixxu lix-xitan kull haga negattiva li tigrilhom. Sejrin hazin fin-negozju? Htija tax-xitan!  Zgur li xi hadd ghamilli maghmul!  Ir-relazzjonijet familjari sejrin hazin?  Htija tax-xitan!  Ghandi xi marda?  Htija tax-xitan!  Don Gabriel Amorth jghid:

hemm persuni li wahhlu f’rashom li huma posseduti u jduru l-ezorcisti kollha sakemm fl-ahhar isibu lil xi wiehed minnhom li jghidilhom: ‘iva, inti ghandek ix-xitan’!’. 

Fuq dan jikteb ukoll l-ezorcista Fra Benigno minn Napli:

xi kultant biex nikkonvinci lil xi hadd li jahseb li ghandu possessjoni dijabolika, minghajr ma hu veru, nghidlu hekk: ‘habib ma nixtieqekx li ggib ruhhek bhal dik il-persuna li kienet konvinta li ghandha kankru u li meta t-tabib ivverifika li fil-fatt kankru m’ghandiex, telqet lejn id-dar imnikkta u  rrabjata.  Il-kaz tieghek mhux kaz ta’ possessjoni jew vessazzjoni.  Mela ghandek tifrah b’dak li qed nghidlek u tmur lejn darek kuntenta’.

F’dawn il-kazi hemm biss konvinzjoni zbaljata tal-persuni.

It-tieni kategorija huma dawk li jippretendu,  jaghmluha ta’ nies li huma posseduti.  Dawn huma persuni li jridu jaharbu jew jibzghu mir-responsabilta’ taghhom u m’ghandhomx il-kuragg li jammettu l-fragilita’ taghhom, id-dghufija taghhom.  Huma jmorru ghand l-ezorcista, jimitaw l-istess rejazzjonijiet li jaghmlu persuni posseduti, bit-tama li s-sacerdot jigi ngannat mill-attegjamenti taghhom u jemmen li ghandhom possessjoni dijabolika li fil-verita’ ma jkunx hemm!  Dawn huma persuni li ma jridux jikbru u jimmaturaw ghaliex jafu li jekk juru d-dghufija taghhom, iridu jimpenjaw ruhhom biex jirbhuha.  Ghalhekk jippruvaw jitfghu il-htija tad-dghufija taghhom fuq ix-xitan.  Fost dawk li jaghmluha ta’ persuni posseduti nsibu wkoll persuni li huma neqsin mill-imhabba, l-affett u l-attenzjoni.  Permezz ta’ possessjoni falza huma jigbdu l-attenzjoni u l-kompassjoni lejhom infushom. Ma dawn nistghu nghaqqdu wkoll persuni li ghandhom kundizzjoni psikologika.  Huma persuni li, ghax qraw jew raw xeni ta’ vera jew falza possessjoni jew semghu xi ghajjat ta’ persuni posseduti, huma wkoll jibdew ihossu l-istess sintomi u ghalhekk isofru minn dik li jghidulha pseudopossessjoni. Din hija meta persuna tkun konvinta li hija posseduta minn xi entita’ spiritwali li jikkontrollaha fil-hsieb, fil-gesti u fil-kliem taghha (Dizionario di psichiatria, edizione italiana a cura di Massimo Cuzzolare e Giuseppe Zamba. Editore Astrolabio, Roma 1979). Dan huwa disturb mentali li jipprovoka sintomi reali ta’ instabilita’ fizika.

Il-pseudopossessjoni tista’ tigi minn mard psikiku, fejn il-persuna timmanifesta fil-gisem taghha il-kundizzjoni metali taghha.  Din hija kapacita’ f’kull bniedem.  Persuna li tkun ghaddejja minn certu ammont ta’ tensjoni facli tibda’ thoss ugieh fiziku li wara testijiet tinduna li l-origini ta’ dak l-ugieh mhuwiex mard fiziku imma frott ta’ dik it-tensjoni li l-persuna tkun ghaddejja minna.  Din hija msejjha ‘somatizzazzjoni’. Il-persuna li jkollha tensjoni jew mard psikologiku tista’ wkoll tassumi gesti li normalment isiru minn persuna posseduta. Imma jiena nghid li l-psewdopossessjoni tista’ tigi anke minn ‘mard’ spiritwali u morali. Infatti din tista’ tigi minn esperjenzi trawmatici li ma gewx mirbuha jew integrati fil-hajja tal-persuna:  frustrazzjonijiet li jigu jew minn tifkiriet ta’ wegghat li persuna tkun irceviet f’eta’ tenera jew anki fiz-zoghzija,  minn nuqqas ta’ affett u mhabba li persuna tkun sofriet,  minhabba l-assenza tal-figura tal-missier jew tal-omm fil-hajja ta’ persuna, minhabba vjolenza fizika, psikologika jew affettiva li persuna tkun ghaddiet minnha, minhabba nuqqas ta’ maturita’ psikologika u affettiva tal-persuna, minhabba li l-persuna jkollha disordni fil-personalita’ taghha, minhabba mibeghda li l-persuna ggorr ghal snin shah f’qalbha, minhabba mahfra li l-persuna qatt ma tkun irceviet jew tat lil haddiehor, minhabba disordni fl-area sesswali tal-persuna, minhabba dnubiet gravi li l-persuna qatt ma tkun talbet mahfra ghalihom.  F’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, l-influwenza u l-hidma tax-xitan tigi kkunsidrata bhala azzjoni fuq livell ordinarju u mhux straordinarju.  Ghalhekk m’hemmx ghalfejn li l-persuna tissottometti ruhha ghat-talb tal-ezorcismu.  Izda zgur li l-persuna jkollha bzonn kbir ta’ fejqan profond fil-gewwieni taghha.  Fil-kaz ta’ din il-persuna, dan il-fejqan interjuri ma jigix minn sensiela ta’ ezorcismi imma minn mixja vera u awtentika ta’ hajja nisranija u  ta’ talb li fih noffru lil Gesu’ Kristu il-wegghat kollha u dak kollu li hu negattiv fil-hajja taghha sew jekk il-persuna tkun ircevietu u sew jekk tkun ghamlitu. Hekk il-Mulej jidhol bil-qawwa tal-imhabba u l-mahfra tieghu fl-istorja tal-hajja ta’ din il-persuna u jfejjaq l-effetti ta’ dawk il-wegghat li l-persuna tkun qed iggorr gewwa fiha, effetti li jkunu qed jikkundizzjonaw il-liberta’ tal-persuna.  F’din il-mixja ma rridux ninsew is-Sagrament tal-qrar li minghajru l-persuna ma tistax tircievi l-vera fejqan gewwieni.

Ghall-ezorcista  li jkun akkumula certu ammont ta’ esperjenza f’dan il-kamp, specjalment jekk ikollu esperjenzi ta’ persuni li verament huma mahkuma mix-xitan, huwa facli li jinduna meta hemm pseudopossessjoni ghaliex mhux facli li wiehed jimita l-gesti u l-imgieba ta’ persuna posseduta!  Il-persuna posseduta fil-fatt titkellem b’diversi lingwi li qatt ma tkun studjat, kemm lingwi li ghadhom jintuzaw imma anke ohrajn li kienu uzati fl-antikita’, tghid hwejjeg li bl-ebda mod ma tkun tafhom, tohrog minnha qawwa fizika li tkun sproporzjonata mal-istatura, il-piz taghha jew ghall-eta’ taghha, turi ostilita’ u rejazzjoni kbira ghal dak kollu li hu sagru, anki jekk hi ma tkunx taf il-presenza jew il-qawwa ta’ dak l-‘oggett’, tista’ taghmel fenomeni ohra li ma jaghmlux parti mill-kapacita’ tal-bniedem.

Kriterju importanti iehor biex wiehed jaghmel dixxerniment u jiddistingwi il-possessjoni mill-mard psikiku huwa l-fatt li, anki jekk il-persuna hija posseduta b’mod stabbli, izda hija tghix kemm mumenti ta’ krizi u kemm mumenti ta’ kalma. Fil-mumenti ta’ kalma hija tkun tista’ tghix b’mod normali u trankwilla, jirnexxielha taghmel il-hidma u l-attivita’ taghha ta’ kuljum minghajr sforzi jew diffikultajiet kbar. Tant hu hekk li jekk xi hadd jiltaqa’ ma din il-persuna lanqas biss jidhollu l-icken hsieb dwar dak li hi ghaddejja. Ghall-kuntrarju, dan mhuwiex dak li jigri meta jkollok persuna b’mard psikiku. Din il-persuna tkun kontinwament taht l-influwenza ta’-marda taghha.

Kriterju iehor ghad-dixxerniment huwa dan: persuna posseduta, jista’ jkollha mumenti ta’ krizi lejl u nhar, li matulhom ix-xitan jaghti sinjali cari tal-presenza tieghu f’dik il-persuna. Madankollu, meta l-possessjoni dijabolika hija wahda vera, ix-xitan hu kostrett li jimmanifesta ruhhu anki meta ma jridx, specjalment meta tintalab it-talb tal-Ezorcismu jew waqt it-talb ta’ liberazzjoni jew sahansitra kif isib ruhu fil-presenza ta’ persuna li tghix relazzjoni intima ma’ Alla. F’dawn il-kazijiet, l-Ezorcista jista’ jizvolgi l-hidma u kif jghid ir-rit il-gdid, juza t-talba tal-Ezorcismu ‘invokattiv’ li x-xoghol tieghu huwa mhux biss li jehles lill-persuna imma ghandu qawwa dijanjostika, jigifieri jghin biex jekk hemm vera possessjoni, ix-xitan jinkixef, johrog mill-mohba tieghu. Meta nghidu ‘forma invokattiva’ nifhmu meta l-Ezorcista jdur lejn Alla u jitlob biex jehles lill-persuna bil-qawwa tieghu. Il-forma l-ohra tat-talba tal-Ezorcismu hija msejjha ‘forma imperattiva’. Din hija talba ta’ awtorita’. Hija talba li biha tikkmanda, tordna lix-xitan direttament biex f’Isem il-Mulej ihalli lill-persuna. Ix-xitan juri avversita’ kbira lejn din il-forma tal-Ezorcismu u jopponiha bil-qawwa kollha tieghu. Fil-fatt ir-rit jghid li ‘l-Ezorcista ma ghandux jitlob it-talba tal-Ezorcismu ‘imperattiv’ jekk mhuwiex moralment cert li l-persuna li se tircievi l-Ezorcismu hija verament posseduta mix-xitan’ (fin numru 16 tal-Praenotanda). Peres li t-talba tal-Ezorcismu u din biss ghandha l-qawwa li turi jekk il-fenomeni li jistghu jindikaw possessjoni dijabolika humiex fil-fatt veri, ghalhekk l-ewwel Ezorcismi ghandhom ukoll importanza dijanjostika barra qawwa li tikkura.

Hemm sitwazzjonijiet li jikkomplikaw xi ftit id-dixxerniment. Jista’ jaghti l-kaz li meta l-persuna tkun qed vittma ta’ possessjoni dijabolika vera, din tikkawza jew tiggrava id-dghufija jew marda psikologika li tkun ga ezistenti fil-persuna. F’kaz bhal dan, il-persuna tbati kemm minhabba id-dghufija jew marda psikologika taghha u kemm minhabba l-azzjoni straordinarja tax-xitan. Ghalhekk persuni bhal dawn ikollhom bzonn l-ghajnuna ta’ persuna professjonali u anki tal-Ezorcista. Meta persuna jkollha dghufija jew marda psikologika mhux facli li taghmel dixxerniment ghaliex i x-xitan jinheba wara l-imgieba taghha u jipprova jikkonvincik li dik l-imgieba tal-persuna hija gejja biss mill-aspett psikologiku. Minhabba din ir-realta’ jista’ jkollna persuni professjonali li jaghtu lill-pazjenti taghhom diversi medicini li fl-ahhar mill-ahhar huma ma jkollhomx bzonnhom! Huma fil-fatt ifiqu biss meta jibdew jircievu l-Ezorcismi. Dan il-fejqan juri li l-persuna ma kienetx qed tbati biss minn dghufija psikologika imma fil-fatt minn possessjoni dijabolika.

Jistghu ikunu diversi l-fenomeni li jsehhu meta jkollok azzjoni straodinarja mix-xitan. Jien se nsemmi xi ftit minnhom. Izda nistieden lil kull min qed jaqra biex ma jaqax fl-izball li jahseb li dawn il-fenomeni jridu jsehhu kollha f’daqqa u fl-istess kaz. Il-valur ta’ dawn il-fenomenu huwa biss wiehed indikattiv, fis-sens li huma jistghu biss jaghtuna indikazzjoni jekk il-persuna hix vermanet mahkuma mix-xitan jew inkella hemmx problemi ohra emozzjonali jew psikologici. Pero’ ic-certezza dwar il-vera jew falza possessjoni tikber meta f’dak il-kaz partikolari jkollna l-prezenza ta’ aktar minn wiehed minn dawn is-sintomi:

1. Il-persuna titkellem jew tifhem lingwi li qatt ma studjat: kultant jigri li, waqt li persuna tkun qed tigi ezorcizzata, hija tibda’ titkellem b’mod perfett b’lingwi li hija qatt ma tkun studjat qabel. Dawn jistghu ikun kemm lingwi moderni w’anki antiki. Minkejja li l-persuna qatt ma tkun studjat dawn il-lingwi hija taghmel diskors koerenti u ordnat u jekk min ikun prezenti jitkellem dawn il-lingwi, tkun kapaci tifhem u twiegeb. Hafna ezorcisti ghaddew mill-esperjenza li waqt li kienu qed jitolbu jew juzaw il-forma imperattiva tal-ezorcismu bil-latin jew b’lingwa li l-persuna ma tafx, huma jircievu risposti formulati b’mod perfett bl-istess lingwa. Il-haga li tissorprendik hija li kultant dawk it-talbiet ikunu saru biss mentalment u mhux verbalment. (G.Nanni, Il dito di Dio e il potere di Satana. p.289). Kultant jigri wkoll li l-persuna mhux biss titkellem dawn il-lingwi imma sahansitra tiktibhom b’mod awtomatiku u b’heffa.

2. Il-persuna tkun taf fatti jew hwejjeg li huma mistura ghaliha: waqt manifestazzjoni, x-xitan permezz tal-persuna mahkuma, jista’ jisvela xi hwejjeg li huma sigrieti jew sahansitra xi dnubiet mistura tal-persuni li jkun hemm prezenti. Jista’ jsejjah b’ismu lil xi hadd skonoxxut ghall-persuna mahkuma, imma li jkun prezenti fil-kamra. Jista’ jghid fatti mohbija jew minsija minn dawk prezenti, li l-persuna mahkuma ma setghetx tkun taf qabel. Jista’ jisvela xi fatti li jkunu qed jigru dak il-hin imma f’xi post iehor ‘il boghod jew xi haga li grat fil-passat. Jista’ jikkwota siltiet shah minn kotba li l-persuna qatt ma tkun qrat jew semghet bihom. Jista’ jiddiskuti temi teologici gholjin, li l-persuna mahkuma mhix kapaci li taghmel. Perezempju: persuna li ma tkunx spiritwalment iffurmata u jkollha gharfien religjuz skars u superficjali imma li dak il-hin tibda’ titkellem fuq temi teologici. Forsi tistaqsu: jista’ dan ikun gej ghax il-persuna tkun tbati minn schizofrenia? Le. Ghaliex il-persuna schizofrenika timmanifesta biss dak li jkun ‘mahzun’ fis-subkonxju taghha jew fil-memorja taghha. (G.Nanni, Il dito di Dio e il potere di Satana, p.272).

Francesco Bamonte li huwa Ezorcista f’Ruma jirrakonta li kultant, meta jigi quddiemu xi kaz gdid ta’ possessjoni, wara li jkun talab ghal diversi granet lill-Ispirtu s-Santu biex jghinu jaghmel dixxerniment tajjeb, juri lill-persuna oggetti, bhal kuruni, domni, slaleb zghar u ohrajn li jkunu jappartjenu lil xi hadd li dik il-persuna zgur li ma tkunx taf, jikkmanda f’Isem Gesu’ biex l-Ispirtu jghidlu ta’ min huma dawk l-oggetti u wara li x-xitan jaghmel rezistenza biex ma jirrispondix, huwa jghidlu l-isem ezatt tal-persuni li taghhom ikunu dawk l-oggetti.

3. Sahha fizika u toqol tal-gisem: Manifestazzjoni ohra possibbli waqt possessjoni dijabolika hija li l-persuna tista’ tizviluppa sahha fizika tali li tkun sproporzjonata mal-istatura jew l-eta’ tal-persuna. Waqt ezorcizmu, tfajjel ta’ 11-il sena litteralment tajjar minn fuqu 4 rgiel b’sahhithom li kienu qed jipprovaw izommuh.  Tfajla ohra ta’ 14-il sena, li kienet tizhen biss 40 kilo, waqt l-ezorcizmu, irnexxielha ttajjar  minn hdejha 6 persuni li kienu qeghdin izommuha. Il-persuna mahkuma  kultant jirnexxielha terfa’ u ggorr oggetti kbar u tqal min naha ghall-ohra. It-toqol ta’ dawn l-oggetti jkun jaqbez sew il-hila u l-kapacita’ tal-persuna tant li, filwaqt li dik il-persuna terfa’ dak l-oggett wehidha, normalment iridu jkunu aktar minn 3 jew 4 persuni biex jerfghu u jgorru dak l-istess oggett. Kultant il-persuna mahkuma tista’ zzid fil-piz taghha!  Mhux l-ewwel darba li l-persuna mahkuma ssir qisha blokka tal-irham, tant li hadd u xejn ma jkun jista’ jcaqlaqha.  Hija tkun tista’ tigi ghall-istat normali taghha biss permezz tat-talb u l-barkiet tas-sacerdot.

4. Avverzjoni ghal dak kollu li hu sagru: Ir-rit il-gdid tal-ezorcizmi jnizzel l-avverzjoni ghall-dak kollu li hu sagru bhala wiehed mis-sinjali possibbli tal-azzjoni straordinarja tax-xitan. Ir-Ritwal jghid: ‘Il-Hazin huwa ghadu ta’ Alla u ta’ dak kollu li jpoggi lill-bniedem f’komunjoni mal-pjan salvifiku ta’ Alla. Ghalhekk hemm bzonn tinghata attenzjoni ghas-sinjali, specjalment morali u spiritwali, li jikxfu l-intervent tax-xitan.  Dawn jistghu ikunu: avversjoni qawwija ghal Alla, ghall-persuna ta’ Gesu’ Kristu, ghall-Madonna, ghall-qaddisin, ghall-Knisja u ghall-Kelma t’Alla, ghal dak kollu li sagru, specjalment is-Sagramenti u ghax-xbiehat sagri.’ (De exorcismis et supplicantionibus quibusdam. Praenotanda n.16).

Ix-xitan li hu ghadu ta’ Alla u tal-bniedem, jobghod dak kollu li hu sagru ghax dak jghin il-hajja u l-progress spiritwali tal-bniedem.  Ghalhekk huwa facli hafna li l-persuna mahkuma tidhol fi krizi quddiem dak kollu li hu sagru: it-talba tar-Ruzarju, devozzjonijiet popolari, talb, zjara f’xi post sagru,  oggetti mberkin jew diskorsi spiritwali.  L-avversjoni ghas-sagru, meta tkun gejja minn possesjoni, tista’ timmanifesta ruhha f’hafna modi differenti:

  • Il-persuna tista’ tirrezisti ghat-talb anki jekk normalment dejjem tkun talbet.
  • Jekk tipprova titlob jew xi hadd jitlob ghaliha anki mentalment, thossha qed tifga jew titfewwaq jew tirremetti.
  • Ma turi l-ebda attenzjoni u tkun distratta waqt it-talb jew celebrazzjonijiet spiritwali.
  • Meta tkun f’xi postijiet sagri jew ambjent ta’ spiritwalita’ jista’ jkollha hsebijiet oxxeni.
  • Ma jirnexxilix titlob ghax halqha jibbies u lanqas tkun tista’ tesprimi kelma wahda biss mit-talba.
  • Tirrezisti b’qawwa meta tigi mistiedna tirrepeti xi pass mill-Iskrittura.
  • Thoss l-id tas-sacerdot tqila hafna meta huwa jpoggiha fuq rasha jew spallejha.
  • Thoss bhal hruq meta xi haga sagra tigi f’kuntatt mal-gisem taghha (ez: salib jew ilma mbierek).
  • Meta jirnexxiela titqarben, ikollha toghma hazina hafna u ssibha difficli biex tibla’ l-Ostja kkonsagrata. U meta jirnexxiela tibla’ tikkawza fiha dardir kbir.
  • Tkun ma tiflahx fil-granet tal-Hadd (jum il-Mulej) u granet ohra ta’ festi liturgici.
  • Tkun sensittiva hafna u tichad dak kollu li hu mbierek: ilma, ikel, hwejjeg, oggeti sagri (xbiehat, kuruni, slaleb..) anki meta dawn jinghataw lill-persuna minghajr ma tkun taf li huma mberkin.