IN-NIES MINN WARA L-KWINTI
Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu


Il-Kummissjoni twaqqfet b’digriet ta’ l-Arcisqof bid-data tat-13 ta’ April 1995, bil-ghan li

1. tistudja l-fenomeni konnessi ma’ l-okkult, l-ispiritizmu u s-satanizmu, kemm mil-lat teologiku kif ukoll mil-lat tax-xjenzi naturali, specjalment tal-psikologija, psikjatrija u parapsikologija, li jistghu jaghtu kontribut siewi hafna u kultant necessarju ghal dixxerniment awtentiku dwar dawn il-fenomeni;
2. li zzomm lill-Arcisqof infurmat dwar dak li jkun qed jigri fl-Arcidjocesi f’dan il-kamp, l-aktar dwar zviluppi godda jew ta’ importanza;
3. li taghti lill-Arcisqof pariri dwar il-hidma pastorali possibbli f’dan il-qasam;
4. li tghin lill-membri tal-Knisja li jiffaccjaw, b’mod konformi mat-taghlim u l-prattika tal-Knisja, dawn il-fenomeni.

Bhala membri ta’ din il-Kummissjoni, ghal perijodu ta’ hames snin, u skond ir-regoli l-ohra stabbiliti fl-istess Digriet, l-Arcisqof hatar bhala Ezorcisti Ufficjali lil:

President: P. Elija Vella O.F.M. Conv.
Segretarju: P. Marcello Ghirlando O.F.M.
Membri: P. Joseph Borg S.J.; P. Ugo Cremona O.P.

B'digriet ta' l-1 ta' Lulju 2005, L-Ecc Tieghu, Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca gedded il-hatra tal-membri tal-Kummissjoni u apponta zewg sacerdoti Frangiskani Kapuccini bhala Ezorcisti Ufficcjali ghal terminu ta' 5 snin. Dawn huma:
P. John Vella O.F.M Cap
P. Franco Fenech O.F.M Cap

Dokument Ufficjali
P. Elija Vella OFM Conv


P. Elija Vella twieled San Pawl il-Bahar. Huwa religjuz Frangiskan Konventwal. P. Elija ggradwa fit-teologija fl-1965 mill-Universita' tal-Lateran, Ruma u ghallem it-teologija ghal xi snin. Huwa kiteb diversi kotba fosthom "Satana" u "Diavoli e esorcismi". P. Elija kien Ministru Provincjal tal-Kommunita' tieghu bejn l-1974 u l-1986 u wkoll Kappillan f'rahal twelidu. Huwa kien nominat mill-Arcisqof ta' Malta Mons. Guzeppi Mercieca bhala Ezorcista Ufficjali ta' l-Arcidjocesi ta' Malta.

Fr.Marcello Ghirlando OFM


P.Marcello twieled fl-1962 u hu religjuz mal-Frangiskani Minuri. Meta twaqqfet il-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu, P.Marcello kien nominat bhala ezorcista ufficjali ta' l-Arcidjocesi ta' Malta u segretarju ta' l-istess Kummissjoni.

P. Ugo Cremona OP


P. Ugo Cremona, twieled il-Belt Valletta fl-1936, u hu sacerdot Dumnikan. Iggradwa fit-Teologija mill-Universita' ta' l-Irlanda u wara kompla l-istudji tieghu f'Dublin. Ghadda 30 sena jghallem il-Filosofija u t-Teologija, imma it-thabbir tal-Kelma t'Alla kienet u ghadha l-missjoni tieghu. Ghal kwazi ghoxrin sena kien il-President tal-Kummissjoni Ekumenika ta' l-Arcidjocesi ta' Malta. Meta twaqqfet il-kummissjoni dwar l-Okkult u s-Satanizmu hu kien maghzul biex ikun membru. P. Ugo kien ukoll wiehed mill-ezorcisti ufficjali ta' l-Arcidjocesi. Huwa ghadda ghall-hajja ta' dejjem fil-15 ta' Jannar 2014.

P. Joe Borg SJ


P. Joseph Borg, s.j. twieled fl-1932 u nghaqad mas-Socjeta ta' Gesu' fl-1948. Wara 4 snin hawn Malta, huwa gie mibghut fil-Missjoni tas-Santal fl-Indja fejn kompla l-istudji tieghu u gie ordnat sacerdot fl-1961. Huwa hadem f'diversi parrocci fid-Djocesi ta' Dumka, bihar u l-Indja. Gie lura Malta fl-1988 fejn jaqdi diversi hidmiet pastorali. Huwa kien innominat bhala Ezorcisa Ufficjali tad-Djocesi ta' Malta minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca.

P. John Vella OFM Cap


P.John Vella huwa mill-Marsa. Twieled fl-1958 u attwalment jaghmel parti mill-fraternita' tal-Frangiskani Minuri Kapuccini tal-Parrocca tal-Madonna ta' Lourdes, San Gwann.. Huwa studja it-'Teologija Pastorali Sanitarja' (clinical Pastoral Theology) fl-Istitut Internazjonali tat-Teologija Pastorali Sanitarja, il-Camillianum, li hija affiljata mal-Universita' Teresianum gewwa Ruma. Il-Kummissjoni Djocesana Okkult u Satanizmu ghazlitu biex jibda' jaghmel parti blala Ezorcista Awziljarju fl-istess kummissjoni u gie konfermat mill-ET Mons.Arcisqof Guzeppi Mercieca fis-sena 2003. Mons. Arcisqof appuntah bhala Ezorcista Ufficjali b'digriet ta' l-1 ta' Lulju 2005.

P. Franco Fenech OFM Cap


P.Franco Fenech twieled il-Marsa fl-1966. Huwa inghaqad mal-Frangiskani Minuri Kapuccini fl-1986. Wara li lesta l-istudji tieghu fis-seminarju ta' Ancona li huwa affiljat mal-Unversita Pontificja Lateranense ta' Ruma, huwa gie ordnat sacerdot fl-1994. Attwalment huwa qed jaghmel parti mill-fraternita' tal-Parrocca ta' Marija Regina il-Marsa u huwa wkoll wiehed mill-Kappillani fl-isptar Mater Dei. P. Franco segwa kors fil-fakulta tal-Psikologija tal-Universita' Gregorjana ta' Ruma. Il-Kummissjoni Djocesana Okkult u Satanizmu ghazlitu biex jibda' jaghmel parti blala Ezorcista Awziljarju fl-istess kummissjoni u gie konfermat mill-ET Mons.Arcisqof Guzeppi Mercieca fis-sena 2003. Mons. Arcisqof appuntah bhala Ezorcista Ufficjali b'digriet ta' l-1 ta' Lulju 2005.