ITLOB MAGHNA

Att ta' Konsagrazzjoni lil Gesu' Ewkaristija.

Missier hanin, int tant thobbna
li bghatt lil Ibnek il-wahdieni
Gesu', biex kull min jemmen fih
ma jintilifx imma jkollu l-hajja ta' dejjem.

Din l-imhabba tieghek ghalina,
Missier, Gesu' wrihielna meta
offra lilu nnifsu bhala vittma fuq
l-artal tas-salib ghas-salvazzjoni
taghna u meta waqqaf is-
Sagrament ta' l-Ewkaristija li hu
l-istess sagrificcju tal-Kalvarju.

Jiena nemmen, Mulej Gesu',li inti tinsab,
prezenti u haj fl-Ewkaristija u li inti dejjem
tistennieni f'dan is-Sagrament ta' l-imhabba.
Imqanqal minn din l-imhabba tieghek ghalija,
jiena noffri lili nnifsi, kollni kemm jien lilek,
bhala twegiba ta' mhabba ghall-imhabba tieghek.

Nitolbok Mulej Gesu', li bil-qawwa ta' l-Ispirtu
s-Santu, tkebbes lil qalbi bin-nar ta'
mhabbtek. Igbidni lejk u ibdilni fik kull meta
nircevik fl-Ewkaristija. Hallini noqghod hdejk
u naghtik il-qima tieghi f'dan is-Sagrament
ta' l-imhabba. Hallini npattilek b'imhabbti
ghad-dnubiet tal-bnedmin kollha.

Marija, Omm Gesu' u Ommi, kun mieghi int
biex inkun nista nghix bil-fedelta' kollha din
l-offerta halli b'hekk inwiegeb kif jixraq ghall-
istedina ta' Ibnek meta qalilna: "Ibqghu hawn
u ishru mieghi" (Mt26:38)

Need a prayer?