DOKUMENTI UFFICJALI


B'digriet ta' l-1 ta' Lulju 2005, Mons Arcisqof Guzeppi Mercieca gedded il-membri tal-kummissjoni u apponta zewg ezorcisti ohra Dokument Ufficjali


Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu


Fil-5 ta' Ottubru 2005, il-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu esprimiet ruhha permezz ta' stqarrija ghall-istampa dwar il-festa tal-'Halloween', festa ta' origini pagana.


Archdiocese of Malta


Permezz ta' digriet tat-13 t'April 1995 l-Arcisqof Guzeppi Mercieca waqqaf il-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu. Id-Digriet jghid hekk:

Permezz ta' dan id-digriet, ahna nwaqqfu l-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu Ir-rwol tal-Kummissjoni hu:

1. li tistudja l-fenomeni konnessi ma’ l-okkult, l-ispiritizmu u s-satanizmu, kemm mil-lat teologiku kif ukoll mil-lat tax-xjenzi naturali, specjalment tal-psikologija, psikjatrija u parapsikologija, li jistghu jaghtu kontribut siewi hafna u kultant necessarju ghal dixxerniment awtentiku dwar dawn il-fenomeni;
2. li zzomm lill-Arcisqof infurmat dwar dak li jkun qed jigri fl-Arcidjocesi f’dan il-kamp, l-aktar dwar zviluppi godda jew ta’ importanza;
3. li taghti lill-Arcisqof pariri dwar il-hidma pastorali possibbli f’dan il-qasam;
4. li tghin lill-membri tal-Knisja li jiffaccjaw, b’mod konformi mat-taghlim u l-prattika tal-Knisja, dawn il-fenomeni.

Bhala membri ta’ din il-Kummissjoni, ghal perijodu ta’ hames snin, u skond ir-regoli l-ohra stabbiliti fl-istess Digriet, qed nahtar bhala ezorcisti ufficjali lil:

President: P. Elija Vella O.F.M. Conv.
Segretarju: P. Marcello Ghirlando O.F.M.
Membri: P. Joseph Borg S.J.; P. Ugo Cremona O.P.

Nitlob il-Barka t'Alla fuqkom ilkoll!

+ Mons. Guzeppi Mercieca
Arcisqof ta' Malta

F'Dicembru 2001 zewg sacerdoti religjuzi kienu mitluba biex jghinu lill-Kummissjoni. Dawn huma:
P. John Vella O.F.M Cap
P. Franco Fenech O.F.M Cap


Katekizmu tal-Knisja Kattolika


Il-Knisja Kattolika qieghda dejjem taqdi dmirha u l-missjoni taghha billi tghallem lill-fidili permezz ta' dokumenti ufficcjali. F'dawn l-ahhar snin, il-Knisja Kattolika ppublikat Katekizmu li permezz tieghu ahna mghallma fuq diversi suggetti marbuta mal-fidi taghna. Dan jinkludi wkoll taghlim dwar l-okkult u s-Satanizmu. Qed ingibu partijiet mill-Katekizmu fejn jitkellem mill-Qawwa ta'Alla, fuq id-dnub u fuq l-Isem ta' Gesu, li quddiemu kull irkoppa tmil!

409 Il-glieda tal-bniedem kontra l-qawwa tad-dlamijiet
413 Il-bidu tal-hazen
414 Il-waqa' ta' l-angli
421 Il-qawwa ta' Gesu'
447 Is-sovrenita' ta' Gesu' permezz tal-qawwa fuq in-natura, mard, demonji, mewt u dnub.
517 Ir-redenzjoni ta' Gesu'
538-540 It-tentazzjonijiet ta' Gesu'
550 Il-qawwa ta' Gesu'
551 Ic-cwievet tas-Saltna
566 It-tentazzjoni fid-dezert turi l-qawwa fuq ix-xitan.
635 Quddiem l-isem ta' Gesu' kull irkobba tmil
636 Bil-mewt tieghu, Gesu', rebah lill-mewt u lid-demonju
1086 L-Iben t'Alla bil-mewt u l-qawmien tieghu rebah il-mewt u lix-xitan.
1237 Il-maghmudija bhala cahda tal-hazen u liberta' mid-dnub.
1506 Kristu ordna lid-dixxipli biex jehilsu lin-nies mix-xjaten.
1673 L-ezorcizmu fil-Knisja
1707 L-origini tal-hazen
1708 Gab ghalina hajja gdida fl-Ispirtu s-Santu.
2113 Idolatrija - tentazzjoni kostanti ghall-fidi.
2116-2117 Kull forma ta' rabta mal-hazen ghandha tigi michuda.
2119 Tittantax lill-Mulej Alla tieghek!
2583 Il-glorja ta' Gesu tiddi fi Kristu msallab u rxuxtat
2850-2854 "Ehlisna mid-deni"